alte vestiga - Anton Sammut



Introduzzjoni


Ir-rumanz alte vestiga ta’ Anton Sammut huwa binja monumentali koordinat sa l-ahhar dettall; mhux permezz ta’ zvilupp tradizzjonali ta’ kif ahna imdorrijin nifhmu b’rumanz, izda bi struttura ta’ vizjoni gdida li tista’ tghid tissuggerixxi sahansitra realtà tar-raba’ dimensjoni.

Il-ktieb huwa tabilhaqq ezempju ta’ narrattiva u karatterizzazzjoni gdida koordinati perfettament fi struttura aestika mill-aqwa. Huwa rumanz filosofiku b’xi testi filosofici li jaghmel uzu minn principji kulturali, psikoanalitici u “idjosinkrasija ta’ karattri” biex b’hekk tinbena forma ta’ metodologija innovattiva ta’ kif ghandha tigi mifhuma d-“djalettika totali” tal-awtur.

Dawn l-istrategiji attwalment iservu biex jistiednu lill-qarrej sabiex jifhem u jinterpreta r-rumanz bi hsieb spekulattiv, li jirrifjuta sahansitra l-ewwel stadju tal-interpretazzjoni tar-realtà u li minflok jintercetta sensiela ta’ kombinazzjonijiet relatati ma’ xulxin li flimkien u ppozizzjonati kif suppost joholqu forma ta’ sinkretizmu filosofiku li jrid iwassal l-awtur.

Il-gist tar-rumanz idur fuq il-konflitti universali tal-bniedem: bejn arti u hajja, senswalità u intellett, kif ukoll bejn l-individwalizmu u r-rieda kollettiva tas-socjetà. Apparti Marx, minn wara l-kwinti, il-filosfi Schopenhauer u Nietzsche huma l-aktar li jinhassu f’dan ir-rumanz: Schopenhauer, fejn tidhol is-sofferenza u l-izvilupp tal-artist; Nietzsche, ghax-xbieha tieghu li l-artist ghandu jeghleb il-kaos u d-dekadenza socjali (permezz ta’ rieda inkondizzjonata) billi jipproduci xoghol tal-arti li jiggustifikalu l-ezistenza tieghu: l-ahhar valur uman fil-libertà tal-artist biex johloq dinja gdida skont ir-rieda tieghu stess.

Fix-xoghol ta’ Anton Sammut, it-temi socjali li jirrigwardaw l-antagonizmu u d-differenza ta’ bejn is-sessi jiehdu rwol importanti. Karattri jissieltu biex b’xi mod jirbhu lis-sistema vasta u ostili tas-socjetà, deskritta minnhom bhala irrilevanti u assurda. Ghaldaqstant, certi “karattri” jaghtuha ghal Odissea (fizika u mhix) sabiex jippruvaw isibu r-risposti li ‘l hinn minn dinja inkomprensibbli u ostili ggwidata minn regoli dettati minn awtorità inaccessibbli. U bhala risposta, dawn l-istess karattri jaghzlu l-indifferenza filosofika (bil-Grieg atarassia, l-ekwivalenti ghal wu-wei tat-Tao) ghaliex huma jafu, li din l-istruttura ciklika hija akbar minnhom infushom, u ghaldaqstant, bihom u minghajrhom, kollox se jibqa’ l-istess, bhall-Bniedem innifsu.



alte vestiga: simboli u tfissir minn Michael Caruana

(approvati mill-awtur)



Bla dubju, ir-rumanz epiku ta’ Anton Sammut alte vestiga m’huwiex ktieb li toqghod taqrah f’tal-Linja! Madankollu, kulhadd jista’ jibbenefika minnu. Huwa rumanz radikali u kontroversjali ghal xi whud; jisfidak, jipprovokak, imma huwa minhabba f’hekk li tista’ titghallem minnu, l-aktar jekk int onest mieghek innifsek u twarrab ghall-mument dak kollu li hu “komdu” ghalik.

Apparti t-teoriji filosofici, psikologici, antropologici u teologici li fih ir-rumanz, il-ktieb huwa mimli simboli u metafori, (naturalment mhux kollha rnexxili nintercettahom) ghad li dawn apparentement ftit jaghtu fil-ghajn. Mela ejja nibdew mill-bidunett.


Ir-Rumanz


Ir-rumanz hu maqsum f’erba’ taqsimiet kull wahda fiha 25 kapitlu, fejn kull taqsima tista’ tghid taghlaq b’gheluq finali; imma r-rumanz jissokta, 25 kapiltu wara iehor... Donnu l-awtur irid jissottolinja r-ripetizzjoni tal-hajja.


L-Emblema tal-Faccata tal-Ktieb


Il-wicc tal-portrait tal-awtur fuq il-faccata tal-ktieb ghandu parti minnu mudlama; din proprju tirrifletti r-raba’ dimensjoni tar-realtà u tar-rumanz innifsu. L-awtur jidher qieghed izomm arlogg f’idejh li nahseb li dan jirrapprezenta r-rikorrenza eterna. L-arlogg jimmarka t-tlieta neqsin ftit minuti; hin, li skont il-vangeli Kristu miet fuq is-salib. Jista’ jaghti l-kaz li b’dan is-simbolu l-awtur qieghed jurina li apparti li l-affarijiet se jibqghu l-istess, jekk b’att ta’ altruwizmu jkun hemm xi hadd li jipprova “jifdi” lill-bnedmin, xortih se tkun dik li jigi krucifizzat, bhalma ddikjara Baldur f’kapitlu 24 tar-raba’ taqsima. Ghalhekk ghandna nifhmu, li meta nharsu lejn l-emblema fit-totalità taghha, din ghandha tfakkarna fl-indifferenza filosofika, fl-atarassija, jew fil-wu-wei tat-Tao li tigi diskussa proprju fil-prefazju.


Il-Prefazju


Il-Prefazju hu pjuttost kumpless, filosofiku u emblematiku fl-istess hin. Dan ghaliex in-narratur ma jghidilniex min huma z-zewg individwi li qed jitkellmu bejniethom (sakemm ma naslux ghall-ewwel kapitlu). Aktarx l-awtur irid ifisser li mal-kors taz-zminijiet intqal hafna gherf, imma madankollu d-dinja baqghet indifferenti ghalih. Ghaldaqstant, bhala risposta ghal dal-falliment uman, l-awtur mhux talli pogga lil daz-zewg persuni jiffilosofizzaw fuq l-indifferenza filosofika, imma sahansitra ma tahomx isem biex b’hekk jirriflettu l-indifferenza li d-dinja thares lejn l-ghorrief. Fil-fatt, biex jaccenna dan il-punt, l-awtur jaghlaq ir-rumanz, li l-ktieb ta’ Teo (jew tal-awtur innifsu), se jigi mizinterpretat skont il-bzonn u l-indifferenza ta’ dak li jkun, biex id-dinja tibqa’ l-istess, biex il-bniedem jibqa’ l-istess.


Id-deskrizzjoni tar-rahal: alluzjoni tal-bniedem


Fl-ewwel pagna tal-ewwel kapitlu l-awtur jaghti deskrizzjoni tal-villagg: Dar-rahal jinsab qalb il-kampanja b’gholjiet, foresti u nixxighat... Din id-deskrizzjoni donnha tohrog minn xi pittura klassika b’pajsagg fin-natura b’xi rahal zghir li, galadarba din ix-xena giet immortalata fuq “it-tila tal-artist” m’hi se tinbidel qatt. U hekk kif din ix-xena giet immortalata fuq it-tila tal-artist, hekk il-bniedem: qadim daqs pajsagg fin-natura, u ghax hu immortalat fuq it-tila tar-ripetizzjoni tal-hajja, m’hu se jinbidel qatt, bhal villagg.

Fil-fatt, “il-villagg” jirrapprezenta l-bniedem, li bhal dan ir-rahal ma jinbidel qatt. Ir-rahal ma kienx suggett ghaz-zmien – pagna 6. Il-villagg baqa’ bhal qisu oasi f’nofs dezert, statiku, qisu sospiz fil-hin – pagna 459. Dawn huma kollha alluzjonijiet ghall-bniedem li tant kemm hu lest li ma jinbidel qatt li dejjem ra kif ghamel u evita l-kambjamenti kollha possibbli fl-iskeda tar-rutina komda ta’ hajtu. Dan jigi ssottolinjat perezempju meta r-rahhala lil Hans ma accettawhx f’rahalhom; daqskemm ma kinux se jaccettaw lil Nadia tqila b’rizultat tal-istupru. Ezempji metaforici li jirrapprezentaw il-qaghda eterna tal-esseri uman fuq din l-art.


Ic-cimiterju


Ftit wara din id-deskrizzjoni jissemma c-cimiterju li hemm bi swit il-villagg, qisu l-awtur irid jaccenna li dak li qieghed isehh fir-rahal ghad isir irmied biex b’hekk jerga’ jigi akkomodat ciklu iehor ta’ hajja. Din hija alluzjoni li fl-indifferenza taghha, in-Natura ma jinteressahiex mill-attività umana, daqskemm hu bil-maqlub, u dan, dejjem f’isem ir-rikorrenza eterna.


Hans


Bid-differenza ta’ Klaws, Hans huwa dak il-bniedem ta’ rieda qawwija. Sew Klaws u anki Hans kellhom l-istess problemi fil-passat, imma bid-differenza ta’ Klaws, Hans gharaf isib il-forza biex jinbidel. It-tnejn kellhom lil Otto biex jaghtihom daqqa t’id, imma ripetutament, Klaws qatt m’accettah. Dan ghandu jurina li b’xi mod kulhadd ghandu l-opportunità li jinbidel; il-bqija, bhalma ghamel Klaws, dak li ma jridx, jibqa’ jkompli jiggustifika ruhu b’kull mezz. Otto kien dak kollu li Klaws ma riedx jisma’ bih, mentri ghal Hans, Otto kien dak is-Sagru Graal li dejjem xtaq li jsib. Kien ghalhekk li dan is-Sagru Graal jerga’ jissemma meta t-tfajjel Baldur jiltaqa’ ghall-ewwel darba ma’ Otto. Dan is-Sagru Graal (rapprezentat fil-bagalja ta’ Baldur) kellu jkun is-salvazzjoni sew ta’ Baldur, imma anki ta’ Dun Ludvik fil-kamp tal-koncentrament. Fil-fatt, kien minhabba dik il-bagalja li fiha kien hemm xi ghodda tal-artigjanat li permezz taghha Baldur baqa’ haj fil-kamp (ghax l-ufficjali Nazisti kellhom bzonnu f’dak it-tip ta’ xoghol) fejn eventwalment permezz t’hekk, Ludvik gie salvat minn halq il-mewt. Tghid kien ghalhekk li Baldur akkost ta’ kollox ma riedx jahrab mill-pajjiz kif issuggerielu Hans, biex b’hekk ikun jista’ jilqa’ lil Dun Ludvik fil-kamp u jsalvah minn halq il-mewt?

F’pagna 4 hemm miktub: Wara numru ta’ gimghat kollox kien lest. Hans beda jahdem l-art. Ma damx jistenna sakemm bdiet taghtih l-ewwel rizultati. Il-hidma tal-art ghandha l-istess sinifikat ta’ meta Otto qallu biex imur “jikkonverti” dar dizabitata f’nofs il-bosk. Dan ifisser, li l-ewwel Hans beda jahdem fuqu nnifsu biex jinbidel interjorment, u wara li ghamel dan beda jahdem l-art... u ma damx jistenna sakemm bdiet taghtih l-ewwel rizultati. Fil-fatt, Hans mill-ewwel beda jara l-ewwel rizultati pozittivi fil-karattru tieghu. Madankollu, il-hajja xorta wahda tibqa’ dik li hi: mimlija sfidi u inkwiet; u ghalkemm Hans issa kien sab lilu nnifsu, xorta wahda l-isfidi tal-hajja ma waqfulux. L-ewwel cirkustanza kemmxejn emblematika li gie involut fiha kienet is-sekwenza tal-“agent” li kellu jwassallu l-irhama sal-pjazza tar-rahal. Allura, jekk dan “l-agent” ma kienx mir-rahal, minn fejn seta’ kien - minn Nurimberga? Ma jistax ikun, peress li d-distanza kienet relattivament kbira meta nqisu li kien qed jivvjagga b’karrettun b’irhama kbira fuqu. Mela hawnhekk, b’dan “l-agent” kwazi metaforiku, aktarx l-awtur qieghed jghidilna li ghandna nkunu dejjem ippreparati ghax “l-agenti” (l-isfidi tal-hajja) jigu minn “bnadi” li lanqas biss inkunu qeghdin nistennewhom. Dan l-avviz jigi ripetut meta Otto jghid lil Nadia li: “l-hajja hija imprevedibbli, veru... imma huwa minhabba f’hekk li ghandna niddixxiplinaw ruhna ghal kull eventwalità.” (pagna 82). Imma ahna nafu li l-bniedem jobghodha d-dixxiplina fuqu nnifsu, ghax kif stqarr Baldur f’kapitlu 24 tal-ahhar taqsima: “L-umanità toboghdu l-maltemp tas-sagrificcju, (l-auto-dixxiplina) u minflok, tghannaq is-sajf tal-kumdità. Izda f’dan l-istagun, il-qawsalla ma tidher qatt.”

Imma l-akbar dilemma li kellu jiffaccja Hans kienet bla dubju dik li kellu jaghzel bejn il-bzonn u l-gust meta gie involut fil-kaz ta’ Rudi. Sahansitra kellu jsir “habib” ta’ Klaws (li kien ifakkru fih meta bhalu fil-passat kien jghix hajja ta’ kriminal), fejn paradossalment ghenu biex joqtol lir-ragel ta’ Nadia stess! Kienet sitwazzjoni mizerabbli ghal bniedem bhal Hans li kien irrikoncilja lilu nnifsu b’tant tbatija biex imbaghad ic-cirkustanzi gabuh jaghmel ghazla iebsa bhal dik. Biex jissokta jiddefendi ‘l Nadia, Hans kellu jhabbat wiccu ma’ uliedha; is-sofferenzi li hass huwa u jarahom jikbru kienu kbar. F’dan ir-rigward tidhol l-evidenza tal-gustizzja divina u dik terrena, li jekk ikollok taghtihom vuci f’dan l-episodju zgur li ma jaslux ghall-istess verdett.

Mistoqsija: Apparti li servewh bhala r-rakkont ta’ hajtu, tghid x’kien fihom aktar id-djarji li Hans halla warajh? Issa ahna nafu li dawn kienu spiccaw f’idejn Teo wara li Dun Ludvik kien ghaddihomlu ftit qabel ma miet. Tghid f’dan il-passagg l-awtur ried ifakkarna fir-rikorrenza eterna fejn mill-gdid kien se jerga’ jinghata bidu ghall-istess ciklu? Tghid fihom kien hemm imnizzel it-taghlim ta’ Otto? U jekk dan huwa l-kaz, m’hemmx dubju, li Teo assorbih immedjatament. U bhala rizultat, Teo issa kien kiseb sew it-taghlim ta’ Otto (permezz tal-kitba) kif ukoll dak ta’ Baldur (permezz tal-fomm), u ghalhekk, simbolikament, Teo sar il-personafikazzjoni ta’ Trismegistus: L-gharef ghal-tlett darbiet! (Fuq dar-rigward naslu ghalih aktar tard).


L-Indifferenza Religjuza


Meta darba Hans kien qieghed jitkellem ma’ Dun Martin f’kapitlu 8 tal-ewwel taqsima fuq ir-religjon, jigifieri li n-nies mhux l-ispiritwalità jfittxu imma r-religjon, bhal dak il-katedral tal-gebel fejn fih u tahtu l-massa tistkenn mill-bahh tal-hajja, Dun Martin ma qallu xejn ghax kien jaf fil-fond ta’ qalbu li l-affarijiet huma hekk ghal hafna nies. U meta sab l-opportunità biex jaqleb l-argument (meta Hans ikkumplimentah kemm kien tajjeb it-tè) Dun Martin mill-ewwel hatafha l-opportunità ghax kompla mieghu.

F’pagna 93 kapitlu 23, perezempju hemm miktub hekk: Sor Cecilja marret izzur lil Dun Federik li biha dan tal-ahhar xejn ma ha gost wara li skopra li Nadia kienet marret tghix taht l-istess saqaf ta’ Rudi t-tabib... U dan kien kollu attwat bil-benedizzjoni tas-soru u tal-madre biex eventwalment setghet tigi solvuta l-problema tat-tqala ta’ Nadia, u b’hekk, hadd ma kien se jintebah b’xejn. Din l-indifferenza religjuza terga’ tirrepeti ruhha fil-kapitlu ta’ wara fejn ghalkemm Rudi jistqarr li ma kienx kredenti, ghal Sor Cecilja ma kinitx problema taf li kien hemm probabbiltà kbira li t-tabib seta’ jiehu ‘l Nadia b’martu, u b’hekk, tigi legittimizzata t-tarbija li kien se jkollha minghand Klaws. (Id-duttrina ta’ bejn il-bzonn u l-gust). Meta f’kapitlu 5 tat-tielet taqsima Karl jibda jattakka u jgib ir-ragunijiet tieghu fuq kemm twettqu genocidji fl-Antik Testment, huh Ludvik b’indifferenza qabad u wiegbu: “Imma Karl, fejn trid tasal b’daqshekk? X’sens u x’ghandu x’jaqsam dak li qed tghid mal-avvenimenti ta’ daz-zmien?” (zmien l-era Nazista). Meta f’kapitlu 20 tat-tielet taqsima Baldur jibda jfakkru fuq sensiela ta’ zelqiet fin-niexef li wettqet il-Knisja matul iz-zminijiet, immedjatament, Dun Ludvik mill-ewwel dawwarlu d-diskors, specjalment f’pagna 306 fl-ahhar paragrafu. Bla dubju, dawn huma kollha sinjali li fejn jidhol il-kredu ta’ dak li jkun mill-ewwel jinqaleb l-argument biex jigi salvagwardat dak l-istess kredu.


Il-bzonn u l-gust


Fid-9 kapitlu f’pagna 247, Nadia lil Hans tistqarrlu dan il-kliem rigward meta Hans ried jikkonvinci ‘l binha Karl biex jaqta’ kull kuntatt ma’ Eva: “... qatt ma hassejtni daqshekk kuntenta nisma’ lil xi hadd jippolarizza fuq tema partikolari li maghha assolutament ma naqbilx.” Naturalment, ghad li Nadia kienet temmen fl-ghaqda taz-zwieg, madankollu, minhabba l-pozizzjoni li spicca fiha binha, issa li sar “ihobb” lil ohtu Eva, Nadia ghazlet il-bzonn minflok il-gust. Ghaliha kien ta’ bzonn li Hans jikkonvincih biex lil Eva jaghtiha l-genb. Hafna drabi, anki ahna jigrielna hekk, li meta nkunu f’pozizzjoni prekarja fl-urgenza tal-bzonn ma nahsbuhiex darbtejn biex nichdu dak li dejjem emminna fih.


Ir-referenzi ghad-djar.


Fil-ktieb ta’ spiss jissemmew “id-djar” tal-karattri. Jekk wiehed joqghod janalizza ftit isib li kull “dar” hija mera tal-ispirtu ta’ kull abitant li “jghix” fiha. F’pagna 2 hemm miktub: Otto joqghod wahdu f’dar modesta imma ma jonqosha xejn. L-aktar haga ghal qalbu hi daqsxejn ta’ librerija li tinsab fis-soggorn li ghalkemm mhux kbira fid-daqs kellha numru ta’ manuskritti u kotba li ma jaghmlux ghajb lil dawk mizmuma fl-arkivji tal-Vatikan. Id-dar ta’ Otto ilha “mibnija” qisha sa mill-bidu tal-Gherf. Kif hemm miktub fil-ktieb: il-librerija tieghu qisha minjatura tal-Librerija ta’ Lixandra, dik l-istess librerija li aktar ‘il quddiem jaghmel accenn ghaliha Baldur waqt id-diskursata fuq l-gherf ancestrali li kellu ma’ Dun Ludvik fil-kamp tal-koncentrament. Il-librerija ta’ Otto hija sa certu punt Otto nnifsu fejn fih kienet kustodita s-sapjenza tal-hajja. Jekk ikolli ninterpreta d-dar ta’ Otto nhoss li hija mimlija bl-energija ancestrali tal-ghorrief li “ghexu” fiha; aktarx anki l-habib tieghu “l-artist” ghex fiha qabel ma “l-familjari” tieghu (?) gew ghalih. (“Il-familjari” hija alluzjoni tal-intimità mistika li ghandhom lejn xulxin dawk li jhaddnu dan l-istess Gherf). L-eku tal-ispirtu traxxendentali taghhom jinsab fiha. Huwa ghalhekk li f’kapitlu 24 tal-ahhar taqsima Baldur iwissi ‘l Teo (issa li kien se jibda’ jghammar fl-istess dar tieghu) biex jiehu hsiebha.

Id-dar ta’ Hans giet “konvertita” mill-gdid... Kif digà ghidna, id-dar ta’ Hans tirrifletti l-bidla fl-ispirtu: minn dar abbandunata gewwa l-bosk - referenza cara ghall-abbandun tal-ispirtu li kien fih Hans qabel ma biddel hajtu; “ikkonvertiha”, jigifieri, ikkonverta lilu nnifsu.

Bil-maqlub, id-dar ta’ Klaws ma tirriflettix l-armonija jew il-pozittiv; hija “dverna” li fiha jidhol kulhadd: riferenza ghal dak il-bniedem li f’hajtu jaccetta kull tip ta’ “hazen”. Id-dverna mbaghad ghaddiet f’idejn Eva, li meta rrealizzat xi zball kienet wettqet f’zghozitha ddecidiet li tnaddafha (tnaddaf lilha nnifisha), hekk kif ghamlet bid-dar li hallielha missierha fejn tathom dehra gdida, hekk kif hi stess kienet hadet dehra gdida spiritwalment.


Konsegwenzi li halla warajh l-istupru: Il-qalb tajba ta’ Karl u Eva


Parti krucjali fir-rumanz hu l-istupru. Ironikament kien minn dak il-mument li kellhom isehhu bosta eventwalitajiet fejn l-imhabba spikkat. L-ewwel ezempju tatu Nadia billi ghazlet li ma tabortix. Certament, Nadia dejjem xtaqet li t-tarbija tigi minghand Federik, u l-kobor ta’ Nadia jinsab li rnexxielha tissupera lilha nnifisha billi welldet lil Karl u habbitu daqs li kieku kien wilt mir-ragel li kienet thobb. Fil-ktieb hemm hafna referenzi fuq kemm Nadia kellha rapport straordinarju ma’ binha Karl. Nimmagina li kienet din it-turija ta’ mhabba kontinwa li eventwalment iffurmat lil Karl fi bniedem ta’ qalb nobbli u li jaf ihobb, b’dik l-imhabba li ironikament “qatt ma emmen fiha”. Tghid dan forsi minhabba li fl-inkonxju tieghu gharaf b’xi mod kif kien gie fid-dinja? Tghid din hija alluzjoni ghad-duttrina Buddista tas-Samsara: ir-rinkarnazzjoni tal-esseri uman li jibqa’ jgorr il-memorji ta’ hajjiet ohra li tissemma fil-Prefazju, jew ezempju ta’ kif ghandu jigi mifhum il-fenomenu tad-déjàvu?

Karl wera x’natura nobbli kellu meta ddecieda li jmur isalva ‘l huh minn gol-kamp tal-koncentrament. Kif ghidna, Karl dejjem beza’ mill-imhabba, u dan jista’ jaghti l-kaz li tant kemm kellu mhabba li ma ried lil hadd iwegga’ minhabba fih. Fl-ahhar mill-ahhar, Karl kien jaf kemm l-imhabba taf tkun profonda u fl-istess hin devastanti ghal dak li verament jaf ihobb. Mhux ta’ b’xejn li lil huh meta kienu fi triqthom lejn Nurimberga wara l-harba minn Dachau qallu li: “m’hemm xejn aktar konfuz mill-ezasperazzjoni li thalli warajha dik l-imhabba li thabbat ghaliha din l-imsejkna qalb.” Tant kemm kien jaf kemm hi kbira din l-imhabba li kwazi kellu ossessjoni li ma juriha ‘l hadd sabiex b’hekk hadd ma jghaddi minn din “l-ezasperazzjoni li thalli warajha dik l-imhabba li thabbat ghaliha dik l-imsejkna qalb.” Ghal Karl, tant kemm kienet pura l-imhabba li ma seta’ qatt jesprimiha jekk mhux b’mewtu stess. Ghalih, dak kollu li kien inqas minn dak il-gest estrem huma kollha ‘stimuli kkumbinati flimkien’, kif qal darba f’qalbu rigward il-gibda li kellu lejn Eva.

Min-naha l-ohra, Eva hi l-Hans fil-femminil. Il-bidu ta’ hajjitha kien karatterizzat minn hajja kaotika u malizzjuza. Però bhalma gralu Hans, wara dak li ghamlet lil Dun Federik hasset li kellha tibdel hajjitha u flok baqghet taghmel fattiha ddecidiet li “tikkonverti”. U bhal Hans pattet bil-kbir ghad-danni li wettqet fil-passat: (1) permezz taz-zamma tas-sigriet ta’ huha Karl, (2) li eventwalment saret habiba tal-qalb ta’ Nadia, u aktar tard billi rabbiet u hadet hsieb lil Magda u ‘l Fritz meta kienu ghadhom zghar. Ironikament, kienu l-atti barbari ta’ missierha Klaws li minnhom hareg tant gid. Kieku l-eventi ma grawx kif sehhew, (u allura Eva ma kinitx issir habiba tal-qalb ta’ Nadia), probabbli Nadia ma kienx ikollha bizzejjed forza biex teghleb l-ostakli kollha ta’ hajjitha, fosthom il-mewt ta’ binha Karl. Il-messagg huwa wiehed car: Qatt m’ghandek tiggudika, ghax dak li llum qed tiggudikah, ghada jista’ jkun il-mezz (is-Sagru Graal) li johorgok minn xi hemm.

Rigward Eva u Karl, it-tnejn gew fid-dinja minghajr imhabba, però ironikament kienu huma fost xi whud ohrajn li urew kif verament ghandha tkun it-tjubija umana!


Responsabbiltà ta’ Klaws ghad-dizgrazzji tieghu


Klaws kien bniedem li qatt ma xtaq jibdel hajtu u dejjem ra kif ghamel biex jiggustifika lilu nnifsu (qisu kull wiehed u wahda minnha). Bniedem li dejjem jara kif jaghmel biex jiggustifika lilu nnifsu qatt ma jitghallem xejn mill-hajja, avolja l-hajja taf taghtih hafna opportunitajiet (bhalma Klaws kellu lil Otto biex jaghmel dan). Iz-zmien wera li kull ma rnexxilu jaghmel kien li ttradixxa lilu nnifsu u ‘l dik l-intelligenza li wzaha hazin. Ironikament, kien dak il-burdell (mossa intelligenti ghalih) li kixfu mal-awtoritajiet fejn eventwalment spicca fuq il-front tal-gwerra u kompla jghaddas lilu nnifsu fil-kaos u l-genn. (Il-genn tieghu probabbli seta’ gie evitat kieku m’ghaddiex minn dik l-esperjenza trawmatika). Allura nistghu nghidu li indirettament kienet dik “il-mossa intelligenti” tieghu li jiftah il-burdell fil-belt ta’ Nurimberga li setghet wasslitu ghall-kollass mentali.


Relattivizmu u l-qawwa tar-rettorika


Dan kemm ‘il darba jigi accennat fil-ktieb. Perezempju meta Fritz u Magda kienu Parigi, Fritz dar fuq ohtu u qabdilha fuq l-ezistenzjalizmu biex permezz tieghu ifehimha kif ghandha tigi ttratta l-mara, fis-sens, li Fritz inqeda b’filosfu u qalilha li: “wara kollox, mhux hekk qal Sartre, li huwa assolutament necessarju li d-dinja ghandha tidher quddiem il-bniedem ordnata f’sens li dik l-ordni tirrifletti lilu stess?” Naturalment, hawnhekk Fritz qieghed jinqeda b’dan il-kuncett filosofiku (li minnu hareg fost ohrajn il-moviment feminista) biex b’hekk jiggustifika l-abitudni sessista tieghu fil-konfront tal-mara. Il-paradoss hu, li kollox jista’ jintuza biex bniedem jirbah argument, anki jekk dak l-istess pretest uzat apparentement ikun il-bastjun ta’ dak li qed jigi attakkat. F’pagna 109, perezempju, Otto jghid hekk lil Klaws: “Kollox hu diskutibbli fejn jidhlu l-esigenzi tal-esseri uman.” F’kapitlu 21 (pagna 307) Baldur isaqsi lil Dun Ludvik: “Izda, min hu dak li jippriedka l-verità jew il-falzità jekk mhux skont l-interpretazzjoni u l-inklinazzjoni tal-fidi li jkollu dak li jkun? ... li l-Bibbja dejjem giet interpretata skont l-ispecifika religjon.”

Otto jaghmilha aktar skjetta minn hekk fejn mill-gdid f’pagna 110 lil Klaws iwiegbu hekk: “Din li ghandi ragun hija diskutibbli. Finalment hija l-arti tal-perswazjoni li taghti x’tifhem li bniedem jista’ jkollu ragun jew le. Bil-qawwa tal-elokwenza tista’ tgiddeb ir-realtà daqskemm tista’ taghmel bil-maqlub.”


L-incensier.


L-incensier jissemma darbtejn bhala ghodda f’idejn l-awtur: L-ewwel darba meta permezz tieghu Dun Federik jiltaqa’ ma’ Nadia bhala tfajla fil-kunvent li hawditu kompletament; u t-tieni darba aktar ‘il quddiem meta permezz tieghu, (ghax l-incensier kellu bzonn xi tiswijiet) Eva wasslithulu ezatt fil-hin qabel ma kellu johrog ghall-quddies, li f’dak il-mument, mill-gdid, Dun Federik hassu jitqanqal ghal dik it-tfajla ta’ hmistax. ‘Kif jista’ jkun li kellu jkun dak l-incensier li rega’ incensani b’dad-duhhan profan?’ (pagna 128). Din hija alluzjoni tar-rikorrenza eterna, li ghalkemm iz-zmien jibqa’ ghaddej, kollox jerga’ jirrepeti ruhu b’xi mod. Dan jispjegah tajjeb Otto f’pagna 67 meta lil Franz jghidlu hekk: “Il-bidla mhi xejn hlief rizultat illuzorju tal-istess oggett esperjenzat fil-passat imlibbes b’libsa gdida fil-prezent.” Inkredibbli kif l-awtur jinseg dawn l-affermazzjonijiet biex imbaghad isibu l-ispjegazzjoni taghhom f’eki u f’cirkustanzi ohra fl-istess rumanz!


Ir-raba’ dimensjoni tar-rumanz.


Ir-rumanz jirrapprezenta wkoll ir-raba’ dimensjoni tar-“realtà”, fis-sens, li l-awtur jaccenna ghal bosta drabi kif setghu sehhew l-affarijiet kieku ma grawx certi eventwalitajiet; bhal perezempju meta Eva staqsiet kif kienu jmorru l-affarijiet kieku huha Karl ma mietx ghal huh Ludvik, u sekwenzi simili ohrajn. Perezempju, kieku Karl ma mietx ghal huh, jew sahansitra, kieku bejn Karl u Elda ma kien ikun hemm xejn, u allura Ludvik ma kienx jaqbadhom fis-sodda flimkien, kien Ludvik isir qassis? (Din narawha aktar tard). Jekk Hitler ghall-argument minflok ma gie rrifjutat gie accettat fl-Akkademja tal-Arti gewwa Vjenna, kienu jsehhu dawk l-atrocitajiet li sehhew fl-era Nazista? Jekk le, ghaliex il-fenomenu tal-istorja ma mexiex b’dan il-mod? (Determinizmu storiku). Mistoqsija: Il-bniedem huwa verament liberu li jibdel il-kors tal-Istorja? Jista’ jaghti l-kaz li x’imkien iehor fin-naha l-ohra tal-univers hemm “dinja” parallela ma’ taghna li fiha l-affarijiet graw u qed isehhu b’sekwenzi opposti minn dawk li sehhu u li qeghdin isehhu f’din id-dinja stess?

Fir-rumanz hemm sekwenza meta quddiem it-tribunal tal-kurja f’Nurimberga Dun Federik jigi skardinat. Snin wara fl-istess belt quddiem it-tribunal internazzjonali gew misjuba hatja numru ta’ gerarki Nazisti ghar-rwol dirett li kellhom fl-atrocitajiet li twettqu fuq miljuni ta’ nies. Il-qassis gie kkundannat intortament; l-ohrajn gew ikkundannati ghax haqqhom. Izda fattur importanti hawnhekk huwa l-kuncett tal-hin: Li kieku ssospendew l-eskardinazzjoni ta’ Dun Federik, fejn wara kien jigi zvelat li kien innocenti (ghax Eva kienet tasal li tammetti kollox), naturalment Federik kien jibqa’ qassis - imma kif kienet tizvolgi l-istorja?


In-Natura titkellem minn fomm Elda.


Simbolu iehor fir-rumanz hu meta Elda tara lil Karl ghaddej ma’ tlett tfajliet (it-tieni kapitlu tat-tielet taqsima). ‘Karl... int jista’ jkollok il-faxxinu, il-virilità, u l-elokwenza li dewweb lit-tfajliet... imma bhalma jigri f’hafna kazi, dak li jigi kkonsmat fl-immedjat jispicca jitlef kull valur. U ghad li ghandek dawn il-privileggi... xorta wahda jonqsok l-aktar wiehed imperattiv, li huwa t-tir li s’issa ghadek ma ksibtx. U jekk dan il-ghan huwa jien, allura huwa int li ghandek tigri warajha u mhux bil-maqlub.’ Il-lingwagg ta’ Elda f’dak il-mument hu wiehed f’sahhtu u rettoriku wisq biex ikun mitkellem u mahsub minnha. Huwa evidenti li f’dak il-hin Elda tigi “sospiza” minnha nnifisha u minflok “tkellmet” ghaliha n-Natura biex permezz taghha tiggustifikalha u “tirrangalha” l-bilanc emottiv ghal opportunità ahjar.


It-tieni stupru ta’ Nadia: Paradoss.


It-tieni stupru li regghet garrbet Nadia, mill-gdid indirettament kien hemm involut binha Karl, izda din id-darba biex tiddefendih. Ironikament, meta sfat stuprata minn Klaws, Nadia ssarat kemm felhet biex tiddefendi lilha nnifisha; mentri fit-tieni stupru (minghand Dun Albert), “kienet hi li tat il-permess” biex permezz t’hekk setghet tiddefendi l-frott tal-ewwel stupru, cjoè lil binha Karl! Il-hajja hija mimlija bi skerzi krudili; u wiehed minnhom jigi ssintetizzat meta l-ewwel Nadia tigi stuprata, izda xorta wahda ddecidiet li tiddefendi ‘l Hans fil-guri; imbaghad kien l-istess Hans li inkonsapevolment baghat lil Nadia ghat-tieni stupru taghha biex issalva ‘l binha Karl!


L-ittri fir-rumanz.


Haga li innutajt huma l-ammont ta’ ittri li hemm fir-rumanz. Fil-fatt, jekk il-qarrej joqghod attent jintebah li l-awtur, apparti li uzahom bhala parti mill-plott, servewh ukoll biex permezz taghhom jiftah tieqa fuq x’kien qieghed isehh fl-Ewropa ta’ dawk iz-zminijiet. Speci ta’ rendikont storiku biex fl-istess hin iservi ta’ sfond ghall-istess storja tar-rumanz. Mossa verament intelligenti min-naha tal-awtur


Mizinterpretazzjonijiet teologici


Fl-ahhar paragrafu ta’ kapitlu 25 tat-tieni taqsima (pagna 206), Federik jibda jiddjaloga ma’ Franz fuq kemm kien “ixxurtjat” li safa skardinat ghax skont hu b’hekk seta’ jizzewweg lil Nadia; fejn jghid hekk: “... u le Franz, titkellimx hekk. Ghadek ma tafx x’inti titlef meta ma thallix kollox f’idejn il-Mulej. Hu biss jaf x’ghandu bzonn il-bniedem u x’inhu ta’ gid ghalih...” Fejn ftit tas-sekondi wara t-tnejn li huma spiccaw immassakrati mill-milizja tal-S.A. Gheluq verament paradossali u tragiku ghall-ahhar li forsi jhalli l-kredent perpless, jekk mhux ukoll offiz. Imma hawnhekk l-awtur irid jghidilna biex lil Alla m’ghandna qatt ninterpretawh u nirromanticizzawh skont l-esigenzi u x-xewqat taghna. Fil-fatt, huwa minhabba dawn il-mizinterpretazzjonijiet “teologici” li jgholli rasu l-fundamentalizmu religjuz li minhabba fih jitwettqu tant atrocitajiet f’isem “dak l-alla distort li noholqu skont l-aberrazzjonijiet psiko-sesswali taghna stess,” kif qal tajjeb Baldur f’kapitlu 24 tal-ahhar taqsima. Allura f’dan ir-rigward, Franz kellu ragun meta ftit tal-minuti qabel it-tragedja jdur fuq siehbu u jghidlu li: (din m’hi xejn hlief) “Teologija nevrotika u xejn aktar minn hekk.”


L-orgolju tal-irgiel


L-awtur ma qaghadx lura milli jikxef in-natura tal-irgiel (daqskemm ghamel b’dik tan-nisa), u biex accenna ghal dan il-propozitu fost l-ohrajn inqeda b’fomm Elda: ‘Heqq... l-identità virili tas-sess oppost... forsi l-unika emblema li ragel jista’ jassocja ruhu maghha... itliflu l-orgolju li ghandu bl-gherq tat-tnissil, u ma jifdallu xejn aktar miskin...’ ikkonkludiet bejnha u bejn ruhha Elda meta darba lil Karl ma tatux wicc, bir-rizultat li dakinhar, Karl spicca nfurjat (pagna 212). Dan il-kuncett l-awtur ried jissotolinjah b’certa frankezza, ghax peress li fir-rumanz (fl-ahhar taqsima) hemm ammont ta’ tirata kontra n-nisa, l-irgiel m’ghandhomx jahsbu li b’daqshekk huma ahjar mis-sess oppost. Tant kemm ried jenfasizza dan, li f’kapitlu 23 tat-tieni taqsima f’pagna 193 hemm miktub hekk: Ludvik, ixxukkjat bl-orgolju maskili jferfer... (L-ego tieghu safa kompromess b’referenza ghal meta qabad lil huh ma’ Elda fis-sodda). Hawnhekk nistghu nghidu li Elda tirrapprezenta l-qawwa femminili fuq l-irgiel. Fil-fatt, kien permezz taghha li l-ahwa f’cirkustanzi differenti spiccaw biex “iccaqalqilhom” dan l-istess orgolju maskili. Biex l-awtur juri li l-irgiel m’humiex xi rigal mis-sema ghan-nisa (kif jahsbu hafna minnhom), f’pagna 218 hemm miktub hekk: Ghad li Nadia kienet thossu n-nuqqas ta’ ragel f’hajjitha, peress li kien ghad ghandha biss 47, madankollu, bhala alternattiva qabdet id-delizzju tal-pittura. Daqshekk huma importanti l-irgiel ghal Nadia, (li f’din ic-cirkustanza, bhal Elda, Nadia tirrapprezenta l-qawwa femminili fuq l-irgiel). Fil-fatt, f’pagna 221 insibu li: Elda kienet tammiraha (lil Nadia) ghall-karattru determinat taghha li rnexxielha ssib l-armonija anki minghajr ragel vicin. Dawn is-sekwenzi u ohrajn simili jservu wkoll, kif digà ghidna, bhala kontra bilanc ghat-tirata kemmxejn ostili li xi kultant tintuza fuq il-mara minghand certi karattri; ghad li dan huwa gustifikat minhabba n-natura ta’ dawn l-istess personaggi, bhal Fritz u Magda, li l-fattur mizoginu taghhom kien gie mghoddi lilhom genetikament minghand nannuhom Klaws. (Dan narawh aktar ‘il quddiem)


L-ghazla ta’ Ludvik bhala qassis.


Kif accennajt aktar qabel, f’mohhi jiguni certi mistoqsijiet fuq il-mod kif Ludvik dahal qassis: Din li Ludvik isir qassis, kienet “sejha mis-sema” jew gustifikazzjoni tajba ghall-fatt li Karl kien hadlu ‘l Elda, dik it-tfajla li kien johlom li maghha ghad jifforma familja? Il-kontra ta’ huh, Ludvik ma kienx ragel virili, ma kellux testosteroni bizzejjed attivi li ma jhalluhx “bi kwietu” minghajr mara; allura meta tara dan kollu f’qafas wiehed tista’ tifhem li kien proprju minhabba f’hekk li Ludvik ghazel li jidhol qassis, (ghalkemm iz-zmien urieh li kien wettaq ghazla tajba), ghax dik l-ghazla finalment kienet l-ahjar possibbiltà possibbli ghalih. Madankollu d-domanda xorta wahda tibqa’ valida: Ghaliex il-bicca l-kbira tal-qassisin m’humiex virili? Ghaliex il-maggoranza taghhom issibilhom livell baxx ta’ testosteroni mqabbel ma’ ta’ irgiel li ghandhom certa’ virilità?


Klaws u Dun Albert


Nahseb li hemm korrelazzjoni qawwija bejn Dun Albert u Klaws, avolja kienu kompletament differenti minn xulxin. Klaws hu l-hazen manifestat b’mod rozz u selvagg, mentri Dun Albert jirrapprezenta l-hazen sofistikat. Madankollu, huwa inkredibbli l-fattur li bih jigi mikxuf il-qerq tal-qassis. Hu dejjem mexa b’mohhu biex wasal fejn wasal, imma zgur li qatt ma kien jidhollu f’mohhu li kellha tkun tifla ta’ 15-il sena (li tirrapprezenta l-pwerilità) li kellha tikxiflu n-natura distorta tieghu kif ukoll dak li wettaq fil-passat. “Min jaghti bis-sejf, bis-sejf imut...”


Karl u l-Gestapo


Karl kien wiehed mill-hafna li kienu jemmnu fl-ideologija Nazista. Izda bhalma gralhom hafna f’dawk iz-zminijiet sfaw deluzi wkoll, u, aktar minn hekk, dizgustati bl-agir tar-regim. Madankollu, Karl ma seta’ jaghmel xejn, sew minhabba li kellu bzonn jibqa’ fil-korp biex isalva ‘l huh mill-kamp tal-koncentrament, u anki li kieku irrizenja mill-korp, kien se jkollu jhabbat wiccu lura mill-gdid ma’ Eva li kienet serqitlu qalbu. Allura ghalih kien aktar ta’ bzonn li jibqa’ fil-Gestapo milli barra minnu b’konsegwenza li jispicca jfarrak lilu nnifsu u ‘l dawk gheziez ghalih: ironija ohra tal-hajja li xi kultant, il-bzonn huwa ahjar mill-gust.


Id-dahka enigmatika ta’ Klaws.


Fir-rumanz hemm sekwenza b’messagg sottili hafna meta Hans u Ludvik imorru jzuru ‘l Klaws fl-isptar ta’ Hadamar. F’hin minnhom, Klaws jitbissem lil Hans. Dan il-gest jidher li huwa sinjal ta’ bniedem li tilef ir-realtà tal-hajja. Izda dik id-dahka tista’ tfisser li Klaws kien fil-fatt ben konoxxenti ta’ x’kien qed jigri madwaru. B’dik it-tbissima ried jaghti messagg lil Hans li issa hu (Klaws) kien qieghed ipatti ghal dak li wettaq f’hajtu billi jilghabha ta’ mignun u fl-istess hin ried jurih li hu qatt ma kien se jikxef il-komplott li wettqu flimkien biex jinqatel Rudi t-tabib. Kienet forsi dahka ta’ rassikurazzjoni dik ta’ Klaws, biex forsi biha jfakkar lil Hans li s-sigriet tieghu se jiehdu mieghu sal-qabar. Indirettament, Klaws gie maqtul minn bniedem (u li kien jammirah) li xi ftit jew wisq kien jahsibha bhalu. Dan kien Adolf Hitler li bhal Klaws kien spjetat fl-ghazliet tieghu, tant li spicca biex baghat eluf ta’ pazjenti ghall-mewt li ghalih kienu biss “piz zejjed” ghas-socjetà (bhalma kien Klaws fl-istat ta’ genn li kien fih). Qieghed niftakar ukoll f’dak li kien qal darba Otto lil Klaws, li: “min jemmen fid-destin, fl-ahhar jispicca ddestinat li jigi mkaxkar minnu stess...” hekk kif sehh lil Klaws.

Ironikament, anki bintu Eva kellha tghaddi mill-istess triq. Fil-fatt, f’isem dak kollu li wettqet fil-passat, anki wkoll f’isem l-imhabba, Eva qatt ma kienet se tizvela ‘l Karl li kienet ohtu mill-istess missieri; u kif stqarret hi stess, “sigriet niehdu mieghi sal-qabar...” ezatt kif ghamel missierha rigward Hans.




Nadia


Nadia hija bla dubju wahda mill-eroini tar-rumanz (u tal-awtur). Fil-fatt, l-awtur qatt ma jghejja jikkumplimentaha u jzejjinha b’rekwiziti sbieh: (Otto lil Nadia meta giet stuprata f’pagna 83) “Ghaliex qed tarmi kollox b’dan il-mod? Taf kemm ghandek potenzjal? Jekk mhux hekk, kif stajt wara esperjenza kerha bhal dik tipprezenta ruhek f’awla ta’ qorti bl-iskop li tidhol ghal ragel biex taghtih il-libertà? Forsi lanqas taf x’att erojku ghamilt dakinhar. Staqsi lil Hans!”

Passagg verament tokkanti f’pagni 219-220 hu meta Nadia ghaddiet nofstanhar ma’ binha Karl fejn fost l-ohrajn kellha xewqa li tpingih. L-intimità ta’ bejniethom kienet wahda li ssahhrek. Sabih immens il-passagg meta Karl (qisu tifel zghir) jipprova jgibha zewg ma’ ommu biex ma tpingihx. Izda fl-ahhar il-magija ta’ ommu hadet is-sopravvent. F’dawn il-passaggi hekk sbieh, l-awtur irid jghidilna li kieku Nadia abortiet, mhux talli ma kinitx tesperjenza dak in-nofstanhar magiku ma’ binha (u min jaf kemm ghaddiet bhalhom), imma probabbli sa dik l-istess gurnata kienet tkun ghadha itturmentata bl-abort: l-awtur irid jurina x’karattru determinat u sabih kellha Nadia. Fil-fatt, biex ikompli jezaltaha, minn fomm Eva l-awtur jikteb hekk f’pagna 269: “... u ma ntihx tort (lil Karl) meta darba qalli li ghalih int qisek bhal fjura li ma titbiel qatt.”

F’pagna 273, Hans jghidilha hekk: “Ghidli Nadia... int li ghandek qalb kbira tant li fiha tista’ takkomoda lill-umanità, tista ma taghtix l-opportunità lil din il-mara wkoll (lil Eva) bhalma tajt lili wkoll?”

Nadia, bhal kull esseri uman, ghaddiet minn hafna esperjenzi koroh, imma kellha l-kuragg u l-volontà li taffrontahom, (l-istupri ta’ Klaws u ta’ Dun Albert, il-fatt li ddecidiet li ma tabortix, li hafret lil Klaws u lil Dun Albert, li rnexxielha tissupera l-mewt ta’ binha Karl u sekwenzi ohrajn). Imma barra minn dan, Nadia kellha l-kuragg tohrog mill-konvenzjonalità ta’ dak iz-zmien. Dan jigi ssottolinjat meta f’kapitlu 25 tat-tieni taqsima f’pagna 203 hemm miktub hekk: Wara hafna riflessjoni... Nadia ddecidiet li taghmel l-akbar pass, avolja kienet taf li kien kontra kull tradizzjoni u etikett... billi sorprendentement, kienet hi li ghamlet il-proposta taz-zwieg lil Federik u mhux bil-maqlub. F’dan il-passagg, l-awtur ried mill-gdid jirriafferma l-karattru straordinarju li kellha Nadia li barra li tirrapprezenta s-sbuhija esterjuri u dik interjuri tal-mara, tirrapprezenta wkoll ir-rieda qawwija fil-femminil. U l-awtur donnu ried jimmortalizzaha ghal dejjem minhabba dawn il-kwalitajiet sbieh. Tant kemm hu minnu dan, li minn fost il-karattri kollha, Nadia biss tkopri l-erba’ taqsimiet tar-rumanz, u hi biss tilhaq l-età ta’ mitt sena, simbolu, li anki fil-Bibbja nsibuh rikorrenti (etajiet biblici esagerati hafna) biex permezz taghhom jinghata omagg denju ghat-tjubija ta’ dak li jkun. L-awtur ikompli jfahharha meta perezempju f’pagna 162 hemm miktub hekk: Nadia baqghet sabiha daqs ix-xemx. Fiha ma kien ebda kambjament, sabiha minn barra u minn gewwa wkoll. Imma l-kobor ta’ Nadia johrog kollu meta f’pagna 352 tat camata u taghlima f’waqtha lix-xih monsinjur Albert, fejn fi kliemha, bla dubju, timmanifesta n-nobiltà kollha taghha; speci ta’ testment li riedet thalli lill-qarrej. L-awtur ma setax inizzel is-siparju fuq Nadia isbah minn hekk; taha omagg ta’ vera eroina.


Leo Tolstoy


F’pagna 166 hemm dan il-passagg fejn jidhol Klaws rigward Nadia. L-imghoddi hares lejh bhala preludju ta’ prezent u futur hieni minsug f’xi rumanz Tolstoljan, bid-differenza li tieghu ma kienx se jispicca hazin f’xi stazzjon. Hawnhekk, l-awtur qed jirreferi ghall-kapulavur ta’ Leo Tolstoy Anna Karenina.


Il-precedent


Fil-ktieb tissemma ta’ spiss il-kelma “precedent”. Ez. F’qalbu awgura (Dun Ludvik) li dik il-mossa (ta’ Dun Albert li jgibu jahdem mieghu fil-katedral ta’ Munich) ma tohloqlux xi precedent li tikkompromettilu l-missjoni tieghu... (pagna 216)

Il-kelma “precedent” ghandha tifsira usa’ minn hekk ghall-awtur. Fil-fatt, din talludi ghar-rikorrenza eterna fejn f’pagna 454 Baldur jissintetizzaha b’dan il-kliem: “Ghal dawk li jghixu fil-precedent (li jafu n-natura tal-bniedem u ghalhekk jistghu janticipaw il-mossi tal-bnedmin), il-prezent huwa digà passat. Huwa l-futur li jservihom ta’ prezent.” Xi jrid ifisser l-awtur? Ezempju: Kieku Dun Ludvik kien jghix fil-precedent ma kienx jaccetta dak ir-rwol li pproponilu Dun Albert, ghax kien jintuwixxi li ‘l quddiem se jispicca taht il-lenti tar-regim Nazista b’deterrent ghal familtu. Kieku kien jghix fil-precedent, huh Karl ma kienx imut ghalih. Xi hadd jista’ jghid: Kif jista’ jkun li bniedem janticipa certi affarijiet? Jista’ jkun. Fil-fatt dan huwa fenomenu ppruvat, ghad li mhux lakemm tispjegah.

Imma l-kuncett tal-precedent huwa aktar wiesa’ ghall-awtur minn hekk. Prattikament, meta l-awtur isemmi din il-kelma, specjalment minn fomm Baldur, ikun qieghed jalludi ghal dak il-bniedem li jaf min hu, li m’ghandux bzonn esperjenzi biex jitghallem jew biex jirriafferma lilu nnifsu. Perezempju f’pagna 441 u 442 hemm miktub hekk fuq Teo: Matul iz-zmien rarament biddel jew altera dak li kien digà jaf. Kienu biss l-adattamenti ghac-cirkustanzi li geghluh jimmodifika ftit mill-format ta’ kif kien ihares lejn id-dinja u l-affarijiet...

U apparti Teo u Baldur, anki Otto kien jghix fil-precedent; u dan fost l-ohrajn jigi sintetizzat fl-ittra li kien kiteb lil habibu Franz li tinsab f’kapitlu 22 (pagna 186) tat-tieni taqsima.


Argument fuq il-Knisja bejn Dun Ludvik u Dun Albert


Kapitlu 12 tat-tielet taqsima (pagna 257) huwa wiehed qawwi hafna. Fih, Dun Ludvik u Dun Albert jibdew jiddjalogaw fuq kif ghandha tkun il-Knisja universali ta’ Kristu. Bla dubju, f’dan il-kapitlu, Ludvik u Albert jirrapprezentaw iz-zewg nahat tal-Knisja: Min-naha hemm Dun Ludvik li jirrapprezenta l-qdusija tal-Knisja; u min-naha l-ohra, Dun Albert jirrapprezenta n-naha oskura taghha. Drammatici huma dawk l-ezempji li Dun Albert jibda jgib biex jiggustifika l-pozizzjoni tieghu, b’mod specjali meta jibda jinqeda bl-iskrittura biex jillegittimizza r-regim Nazista. U aktar drammatiku minn hekk huwa l-fatt, li dak li ntqal minn fommu kwazi huwa kollu minnu! Prova ohra li bl-elokwenza tista’ tgiddeb ir-realtà daqskemm tista’ taghmel bil-maqlub, kif qal tajjeb Otto f’pagna 110. Dun Albert ikompli jitfa’ l-melh fuq il-ferita meta lil Dun Ludvik jghidlu: “... vultus vult decipi...” li l-poplu jrid min iqarraq bih.” Li “Il-massa mhux bil-verità trid tisma’... il-verità ma fihiex palat ghal dawk li huma imderrija jhawdu l-borma tal-hajja bil-hwawar tal-ideologiji u bl-imluha tar-religjon.” Bhal speci ried jghidlu li hu (Dun Ludvik) kien qed ihambaq ghal xejn b’dawk l-omeliji tieghu ghaliex il-kollettiv ma jinteressahx mill-verità, u ghalhekk, skont Dun Albert, hija ahjar l-astuzja politika milli l-verità. (Tema pogguta wkoll fuq fomm Fritz meta l-hbieb ikunu Firenze, rigward x’tip ta’ politika ghandu jadotta l-princep fuq il-kollettiv). Dun Albert ikompli jghidlu li: “Dan qed nghidulek ghal haga wahda biss... li l-vangelu mhux dejjem ikun ghaqli tinterpretah bl-ispirtu tar-ruh, imma bil-hazen tal-mohh.” U biex l-awtur ikompli jishaq fuq dal-kuncett, Dun Ludvik jghidlu hekk: “Lill-Farizej, Kristu canfarhom li kienu huma dawk li kisru l-kmandamenti minhabba t-tradizzjonijiet... li gabu fix-xejn il-ligi tieghu hekk kif ghadu jsehh sal-lum. Isaija qalilhom li bix-xufftejn biss jaghtu ‘l Alla gieh, imma qalbhom hija ‘l boghod u fiergha hija l-qima li jaghtuh ghax jghallmu duttrina li mhijiex ghajr precetti tal-bnedmin.” Hawn il-messagg huwa car, m’hemmx ghalfejn nghidu ghal min hu indirizzat dan il-kliem!


Karl, Eva u Elda


Dan huwa fenomenu iehor tal-hajja: Karl sar “ihobb” lil Eva, aktar milli ‘l Elda; imma kienet Elda li fl-ahhar kissbitu. Vera, kien hemm il-fatt li Eva saret taf li Karl kien huha; imma dan huwa biss pretest f’mohh l-awtur. Ghal Karl, Eva tirrapprezenta l-ahjar possibbiltà possibbli, imma sa dak il-perijodu hu kien ghadu “komdu wisq” jigri wara t-tfajliet. Mentri Elda tissimbolizza l-istennija li tant hi maghrufa ghaliha l-mara biex tikseb ‘l dak ir-ragel li thobb.

F’kapitlu 10 tal-ahhar taqsima (pagna 386), Teo jghid hekk: “Jien tal-opinjoni li kollox hu kwistjoni ta’ sinkronizzar ta’ kumbinazzjonijiet... hija kwistjoni ta’ nuqqas ta’ access jew permess minghand il-fenomenu tal-Istorja...” X’ried jghid Teo fost l-ohrajn b’dan il-kliem? (apparti li f’dak il-mument kien qed jalludi ghal Hitler). Imma minflok se naghti l-interpretazzjoni tieghi, se naghti ezempju: Ikun hemm koppja li jhobbu ‘l xulxin. Wara hafna snin flimkien, il-mara tmut. Zewgha jibkiha fit-tul, kien ihobbha hafna. Snin wara l-armel jiltaqa’ mal-habiba ta’ martu (xebba) li fil-passat lejn dil-mara qatt ma hass xejn. Madankollu issa jibdew jiffrekwentaw lil xulxin u fl-ahhar saru “jhobbu” ‘l xulxin u eventwalment iddecidew li jizzewgu. Ghaliex dak ir-ragel ma “habbhiex” ukoll meta martu kienet ghadha hajja? Semplici. Ghax f’dak iz-zmien din it-tieni mara tieghu ma kinitx l-ahjar possibbiltà possibbli ghalih. Huwa dan li rrapprezentaw Eva u Elda ghal Karl.


Nixxiegha tal-kuxjenza


F’kapitlu 20 tat-tielet taqsima (pagna 301) insibu dik li fil-letteratura tissejjah nixxiegha tal-kuxjenza, fejn minghajr punteggjaturi u b’mod mhux premeditat Dun Ludvik “jizvoga” d-dwejjaq tieghu b’lamentazzjoni fuq dak li kien qed isehh fil-kamp tal-koncentrament. Dis-silta kwazi taqtaghlek nifsejk biex taqraha, sew ghax m’ghandha ebda punteggjatura, u anki ghad-dissonanza taghha. L-awtur ghazel dil-manuvra biex b’hekk f’mohh il-qarrej ihallilu sens ta’ telf ta’ kontroll u ansjetà, sewwasew dak li kien ghaddej minnu Dun Ludvik.

F’parti ohra fil-ktieb, ezattament f’kapitlu 8 tal-istess taqsima (pagna 238), meta Dun Ludvik u Hans imorru jaraw lil Klaws fl-isptar ta’ Hadamar, f’hin minnhom naslu f’punt fejn il-qassis ma setax jissaporti aktar f’dak l-imkien, u ghalhekk: ... minghajr ma lissen kelma ohra telaq ‘il barra b’pass mahtuf assorbit mill-vortici ta’ dak ic-cimiterju psikjatriku fejn fih il-mejtin kellhom jibqghu hajjin go mohh skadut. Apparti s-sbuhija letterarja ta’ dal-passagg, din is-sentenza thallilek sens ta’ ansjetà; u bhal Dun Ludvik, il-qarrej ihossu anzjuz biex jehles minn dak l-ambjent mill-aktar fis. Huwa ghalhekk li r-ritmu ta’ dis-sentenza huwa wiehed mghaggel u frenetiku, biex b’hekk tirrifletti l-fernezija li qabdet lill-qassis biex johrog minn dak l-imkien. Tajjeb li nghidu wkoll, li fl-ahhar taqsima f’kapitlu 7 (pagna 369) hemm ukoll sekwenza simili f’dan ir-rigward; imma din id-darba fuq format ta’ poezija “Dadaista” li permezz taghha Teo juri f’liema stat surreali kien jinsab fih f’dawk iz-zminijiet.


Il-kollettiv


Fir-rumanz tissemma wkoll ghal hafna drabi l-kelma “kollettiv”. Ez. Hitler kien ppozizzjonat fuq podju fejn kulhadd seta’ jarah, jincita lill-massa f’kollettiv ta’ delirju mimlija bl-orgolju Tedesk (pagna 217). Il-kelma “kollettiv” ghall-awtur tfisser il-massa tal-umanità li permezz taghha matul l-Istorja sehhew hafna eventi tal-biza’ (imma anki sbieh). Bizzejjed insemmu li, kien il-kollettiv li tellghu lil Hitler fil-poter. Kien il-kollettiv li ghajjat “Sallbu, sallbu!” Il-filosfu Nietzsche wkoll jaghmel referenza ghal dan il-kuncett f’kitbietu, specjalment fuq kemm ghandu joqghod attent mill-kollettiv dak li jaf min hu, dak li huwa liberu fl-ispirtu. U fuq dan ir-rigward, f’pagna 244, Hans jghid hekk lil Karl: “U fuq il-predatur li ghandu moralità aristokratika, Nietzsche jghidilna li dan l-individwu sa mill-ewwel zminijiet kien jigi mxekkel b’sensiela ta’ valuri imposti fuqu mill-massa medjokri tal-umanità... Fil-fatt, l-Istorja ghallmitna li dawn l-individwi (l-individwalisti puri fil-qalb) minn dejjem tkissru meta ghazlu jaderixxu mar-regoli retroattivi tas-socjetà.”

Fritz u Magda minn dejjem kellhom grazzja ma’ individwi bhal dawn (bhal Teo), jafu xi tfisser l-ipokresija ta’ hafna nies debboli fil-karattru li jsibu l-qawwa taghhom fil-kollettiv (pagna 383).

L-antitezi tal-kollettiv jigi rapprezentat fil-persuna ta’ Teo. Kien fil-fatt ghax Teo kellu natura nobbli u pur fil-qalb li safa vittma tal-kollettiv. Dan jigi ssottolinjat f’kapitlu 10 tal-ahhar taqsima f’pagna 389: F’Parigi (Teo) ssokta jifhem li n-natura kumplessa tieghu ma kinitx tippermettilu taghlqu f’dinja ristretta mimlija b’ideali mahluqa mill-kollettiv. Il-kollettiv kien jaf xi jfisser, jaf sa fejn jista’ jasal il-kollettiv, (“Sallbu, sallbu!”) Lilu ghamillu danni kbar.

Fil-kapitlu ta’ wara (wara li ghaddew xi snin) nergghu niltaqghu mal-kelma ”kollettiv”, u dejjem ghall-istess raguni: Madankollu fi triqtu (Teo fis-snin sebghin) m’ghaddiex kollox lixx. Mill-kollettiv kellu jissubixxi ammont ta’ swat verbali kwazi daqskemm Kristu safa tturmentat fl-erbghin jum fid-dezert. Hawnhekk ghandna simbolu iehor: Mela, hekk kif il-kollettiv jissimbolizza ‘l dawk li ghajtu “Sallbu, sallbu...” li allura (xi whud minnhom) jigu l-antitezi ta’ Kristu; min-naha l-ohra, (peress li minhabba l-kollettiv Teo kellu jissubixxi ammont ta’ swat verbali kwazi daqskemm Kristu safa tturmentat fl-erbghin jum fid-dezert), jigi evidenti li Teo jirrapprezenta ‘l Kristu bhala uman. “Hadd ma jigi ghandi jekk Missieri ma jsejjahlux...”

F’ittra lil huh, f’pagna 280, Ludvik jghid hekk fuq il-kollettiv: Sewwa qal Pascal li kollox jigi rregolat mill-opinjonijiet ghax huma dawn li jaghmlu d-dinja dik li hi. (Id-dinja, il-kollettiv jibniha u mhux l-individwalist). Baldur f’pagna 458 jghid hekk: “Finalment, hija l-attività inkonxja tal-kollettiv li tmexxi l-hajja fuq din l-art...”

F’pagna 224, Karl jghid hekk lil huh: Darba l-Gharef tal-Orjent (Konfucju) kien qal, li kliem il-gharef ta’ spiss jikkonfondi l-isforzi morali tal-kollettiv, daqskemm in-nuqqas ta’ sabar tal-kollettiv jista’ jikkonfondi l-progetti kbar ta’ dawn l-ghorrief.

F’kapitlu 12 tat-tielet taqsima (pagni 265-266) Dun Albert iwiegbu hekk lil Dun Ludvik fejn jidhol il-kollettiv: “Ghandek tkun taf, Ludvik, li l-imhabba ma tfissirx biss li taghmel it-tajjeb lill-ohrajn, imma li dan it-tajjeb xi kultant ma taghmlux, specjalment ma’ dawk li mhumiex nobbli bizzejjed biex japprezzawh. Dak li hu tajjeb ghalik (Ludvik kien bniedem pur fil-qalb) mhuwiex necessarjament tajjeb ghall-ohrajn. Titfax gawhar lill-hniezer, kif jghidilna l-Ktieb Qaddis.” (Il-hniezer zgur li mhux se japprezzawh gest bhal dak; daqskemm jekk tipprova tghallem xi kuncett gdid li jmur li ‘l hinn mill-bzonn tal-kollettiv se japprezzawh). Fil-fatt, f’kapitlu 17 tal-ahhar taqsima (pagna 427), Fritz jghid hekk fuq il-kollettiv: “Tinsiex, Teo... inti taf bizzejjed kemm dawn l-individwi ta’ natura nobbli kemm jigu maltrattati mis-slavag li ma jinteressahom minn xejn hlief biex jagevolaw lill-istint primittiv. (Dawn huma) l-arci rivali tal-verità (“Sallbu, sallbu!”) tant, li qatt ma jahfrulek jekk tazzarda tghallimhom xi kuncett gdid.”


Il-kuncett tal-prokreazzjoni


Kapitlu 9 tat-tielet taqsima (pagna 240) huwa wiehed qawwi u apparentement jidher li huwa kontra dak li jaghmel lill-bniedem shih jew kontra l-kuncett tal-familja u strutturi ohra ghall-qalb l-umanità. Huwa facli li l-qarrej jaqa’ f’dan l-izball, specjalment jekk dan il-kapitlu jiehdu b’mod personali. Izda dan m’ghandux isir. Fil-fatt, dan il-kapitlu huwa ddedikat u mahsub ghal dawk li ghax ma jidhlux f’din il-faxxa li semmejt hawn fuq jahsbu, (xi whud minnhom) li mhumiex “normali”, u forsi aghar minn hekk, li huma “morda”, la mhumiex bhall-ohrajn. Apparti dawk li ghazlu din it-triq bir-rieda libera taghhom, u allura m’ghandhomx bzonn min jaghmlilhom kuragg; hemm ohrajn tal-istess natura li ma jafux ezattament x’qieghed jigri fihom specjalment meta jaraw tant antagonizmu gej mill-konvenzjonalità tas-socjetà. Huwa ghal dawn in-nies (atipici, emarginati?) li dan il-kapitlu huwa iddedikat, biex bih jifhmu ahjar il-qaghda ezistenzjali taghhom u b’hekk ma jhossuhomx li ghandhom xi haga inqas mill-ohrajn. Dawn it-tip ta’ individwi ftit hawn min jahseb fihom b’mod organizzat la ma jaqghux taht il-kappa tal-konvenzjonalità. Dawn huma nies meraviljuzi, li izda kull tant issib ftit minnhom li ma jirrealizzawx kemm huma tali. Ma ninsewx, li dan huwa rumanz filosofiku, lest biex jinvestiga u jittratta kollox, u mhux biss dak li jixtieq jisma’ l-qarrej konvenzjonali u dak kollu li hu komdu ghalih. Fid-dinja hadd mhu l-istess bhala karattru, izda kulhadd hu l-istess bhala esseri uman, u ghalhekk jehtieg li hadd m’ghandu jigi emarginat.


Il-genetika


Fl-ewwel kapitlu tal-ahhar taqsima (pagna 337) insibu dan il-passagg fejn tidhol il-genetika, biex b’hekk, bih l-awtur jippreparana ghal dak li kellu jsehh mal-kors tar-rumanz, specjalment fuq kif u ghaliex kienu jahsbuha t-tewmin b’certu mod: Ta’ seba’ snin f’Magda kien digà beda jidher il-karattru determinat li kellha l-omm (Elda). U minn nannitha (Nadia) jekk ma hadet xejn wirtet it-talent artistiku. U... Ghalkemm Fritz ma kienx xi Adonis miexi fl-art, kellu bizzejjed faxxinu biex jigbed lit-tfajliet, ghad li n-natura taghhom kien jiddetestaha; ma kienx jaf li f’demmu kellu l-istess genetika ta’ nannuh Klaws. Mela hawnhekk qeghdin naraw, kif digà ghidna, li huwa proprju minhabba din il-genetika li Fritz u Magda telghu f’adoloxxenti u f’adulti b’veduti sessisti lejn il-mara; bhalma gralu sa certu punt Teo wara dak li ghadda minnu meta kien ghadu jghix fl-istitut minhabba certi individwi tas-sess oppost. L-awtur irid jghidilna li certi traits ma johloqhomx il-bniedem b’kapricc, imma ghax ikun wirithom genetikament; ghalkemm Teo ‘l quddiem jirnexxilu jirbah l-imghoddi kollu biex eventwalment sar bniedem ekwilibrat. Imma forsi dan kien dovut ukoll li l-kaz ta’ Teo ma kienx wiehed genetiku, imma kwistjoni ta’ esperjenza personali u allura seta’ jissuperaha; izda ghat-tewmin l-affarijiet ma marrux b’dan il-mod. Perezempju f’pagna 361, Magda tghid hekk lil Eva waqt li jkunu f’kafetterija gewwa Nurimberga flimkien ma’ huha Fritz: “Hu l-imhabba sentimentali. Qatt xi darba wasslet ghal xi forma ta’ verità jekk mhux ghodda f’idejn in-natura biex in-nies jipprokreaw?” Min jaf jekk din il-mistoqsija tafx l-origini taghha mis-subkonxju ta’ Magda stess, specjalment wara dak li ghaddew minnu xi whud mill-membri tal-familja taghha? Fil-fatt, anki missierha Karl kien ihares lejn l-imhabba bhala ‘stimuli kkombinati flimkien...’ biex ma nsemmux kif kien jahsibha nannuha Klaws! U rigward il-passat taghhom, it-tewmin jghidu hekk fl-ahhar tar-rumanz (pagna 447): “Fritz... taghna huwa kaz izolat. Konna wisq sfortunati u dizgrazzjati jkolli nghid. In-norma tal-hajja hija differenti hafna minn dik li messet lilna t-tnejn.” Waqt li huha jghidilha hekk: “Nitmejjel x’tip ta’ hajja messet lill-ohrajn. Kulhadd hu skjav tal-esperjenza tieghu, oht.” (Kif hemm miktub fil-Prefazju, u forsi kien ghalhekk li kellhom tant ghan-nisa). Sfortunatament, minhabba certi strategiji u ragunijiet varji tal-bnedmin (kif sehh lit-tewmin) xi kultant ikollna niehdu certi prekawzjonijiet ferm ostili versu l-ohrajn, u dan mhux necessarjament ghax ikun hemm xi forma ta’ mibeghda, imma semplicement biex nissalvagwardaw lilna nfusna minn dak li ma jaghmilx parti mid-dinja ezistenzjali taghna. Mela l-kuncett tal-mara fir-rumanz m’ghandux jigi nterpretat b’mod sessist jew diskriminatorju, imma minhabba certi strategiji ezistenzjali li xi whud mill-karattri kellhom jadottaw ghal-libertà ezistenzjali taghhom stess.


It-tmun tal-ahhar taqsima


Fil-fatt, kapitlu 6 tal-ahhar taqsima (pagna 359) jista’ jitqies bhala t-tmun ta’ fejn kellu jigbed il-bqija tar-rumanz. Hawnhekk insibu lit-tewmin jiddjalogaw b’certa rabja u wgigh ta’ qalb ma’ Eva fuq id-dizgrazzji li ghaddew minnhom fil-passat. Il-pozizzjoni li kienu se jiehdu fil-konfront tal-hajja kienet wahda bla skrupli, kwazi vjolenta. Donnhom issa t-tewmin kienu ppreparati biex iwaqqfu dawk is-sensiela ta’ dizgrazzji li sehhew fuq il-familjari taghhom permezz ta’ mgiba aggressiva u ostili lejn il-kollettiv. Minhabba dan, il-lingwagg tar-rumanz jibda kull ma jmur isir esplicitu u aggressiv, imma dan isehh ukoll biex l-awtur jissottolinja li z-zminijiet issa nbidlu (issa qeghdin fis-sittinijiet) u m’ghandniex aktar f’dak il-perijodu “romantiku” tal-passat fejn kollox kien jigi mifhum u mitkellem b’certa hlewwa u ordni. Ir-raba’ taqsima ghandha wkoll tigi interpretata bhala l-gudizzju ta’ x’kien sehh fil-passat u dak kollu li gab mieghu l-imghoddi. Fil-fatt, darba l-awtur kien qalli dan: “... l-ewwel tlett taqsimiet ktibthom biex stajt nasal ghar-raba’ taqsima.” Ghall-ewwel ma stajtx nifhmu; imma mbaghad irrealizzajt li kieku l-awtur ma nisigx l-ewwel tlett taqsimiet ma kienx ikollu “bizzejjed evidenzi” biex iwassal id-djalettika tieghu sal-ahhar sors. Ghaldaqstant, ir-raba’ taqsima tista’ tigi meqjusa wkoll bhala “pronjozi filosofika” fuq dak li kien sehh sew fir-rumanz, imma anki bhala rendikont filosofiku tal-hajja stess.


Nadia u Angela


Jekk wiehed joqghod jinnota ftit jinduna li Nadia mietet fis-sajf tal-1980. Angela, it-tifla ta’ Lea, ukoll twieldet fis-sajf tal-1980; (allura din ghandha tigi mifhuma bhal speci ta’ kontinwazzjoni ciklika) u ahna nafu permezz tal-ahhar kapitlu tal-ahhar taqsima li fl-orfanatrofju, Angela kienet replika kwazi perfetta ta’ dak kollu li ghaddiet minnu Nadia f’dik l-età. Alluzjoni ohra ghar-rikorrenza eterna.



Kristu ta’ Ghemmaws


F’pagna 399 hemm silta minn sentenza fejn Fritz jghid hekk: “... ir-religjuz iwahhal fil-profeta u fi Kristu ta’ Ghemmaws.” Botta fina u fl-istess hin tqabbdek il-bard; ghax hekk kif dawk iz-zewg dixxipli baqghu m’gharrfuhx lil Kristu wara li qam minn bejn l-imwiet, hekk ghadhom jaghmlu sal-lum xi whud minn dawk li jghidu li huma dixxipli tieghu: jitkellmu fuqu, bhad-dixxipli ta’ Ghemmaws, imma ma jintebhux li “miexi” hdejhom hemm Kristu jew xi profeta mibghut mis-sema. Hemm differenza kbira bejn “ir-religjuz” u dak li jghix bl-ispiritwalità li tant jalludi ghalihom l-awtur fir-rumanz.


Is-Sinjura


F’kapitlu 18 tal-ahhar taqsima (pagna 429) niltaqghu ma’ sekwenza fejn Fritz jiltaqa’ ma’ mara li kienet qed tiehu hsieb it-toilets ta’ restorant...

Din fil-fatt sehhet fir-realtà lill-awtur stess meta kien proprju f’dak l-istess restorant f’Ruma (naturalment barra l-glieda li kellu Fritz), u bhal Fritz, tant kemm hallietlu impatt sabih bil-karattru nadif u ferriehi taghha, li lili stess l-awtur kien qalli li jekk xi darba jikteb il-ktieb tieghu, “... lil din is-sinjura ndahhalha wkoll biex naghtiha omagg.” Jekk tinnutaw, minn fomm Fritz, l-awtur lil din il-mara jindirizzaha bhala “sinjura”, terminu ta’ nobbiltà fl-ispirtu u fil-qalb.


Malta


“U rigward ir-religjon, il-politika u l-gosti tal-Maltin,” kompla Fritz, “b’kumbinazzjoni l-bierah kont qed nitkellem ma’ wiehed qrib l-erbghin li suppost ghandu sbatax fejn qalli li minn dan l-aspett, ghalih, Malta hija l-Galapagos tan-Nevrosi kollettiv.” (pagna 436). Simpatika dil-battuta! Bla dubju, l-awtur ma qaghadx lura milli jaghmel parodija bil-Maltin. (U ghandu ghalfejn!) Tant kemm ried jaghmilha personali u cara din it-tirata, li Fritz jghid li: “dan l-individwu kellu qrib l-erbghin (kemm attwalment ghandu l-awtur) li izda suppost ghandu sbatax” (proprju kemm kellu età l-awtur f’dak iz-zmien). Galapagos huma l-gzejjer fil-pacifiku fejn fihom hemm il-kwintessenza tal-flora u l-fawna tan-natura; u allura fil-kuntest tal-awtur, il-fatt li Malta hija l-Galapagos tan-Nevrosi Kollettiv ifisser li Malta hija l-kwintessenza tal-esagerazzjonijiet stupidi li jsehhu fuq din l-art, ibda mir-religjon sal-politika... U l-awtur ma waqafx hawn ! “U kemm domt tiddiskuti ma’ dak il-Malti tal-bierah meta hrigna mit-teatru tal-belt?” staqsa Egon lil Fritz kurjuz biex ikun jaf xi ntqal.

“Eh iva... m’ghedna xejn specjali tafux...”

“Kemm kien eleganti b’arja ta’ xi wiehed intis.”

“Eleganti kemm trid, imma intiz ma tantx. Ghall-ewwel hekk hsibt. Imma xhin ghedtlu li r-raguni li gejna Malta bdiet b’sempliciment diskursata fuq Schiller u qalli li anki hu kien sema’ b’Schelling biddilt il-hsieb...” Hawnhekk mill-gdid l-awtur ried jaghmel parodija b’xi whud mill-Maltin (li jippretenduha), li kif qalet tajjeb Magda f’kapitlu 15 tal-ahhar taqsima: “Hafna minnhom mhux l-arti jigu jaraw, izda lilhom infushom riflessi f’ghajnejn in-nies biex b’hekk jidentifikaw ruhhom mal-elite.” F’dan ir-rumanz hekk genjali, l-awtur jaghmel gustizzja b’kulhadd.

Sabiha immens it-transizzjoni argumentattiva li uza l-awtur fuq fomm il-hbieb biex permezz taghha dahhal lil Malta fil-plott tar-rumanz.


‘Mara’ mill-aspett Buddista


F’kapitlu 19 tal-ahhar taqsima (pagna 436) Teo jghid hekk: “... li l-kelma ‘mara’ bis-Sanskritu tfisser mewt, jew mill-perspettiva Buddista tfisser l-alla tas-sensi. Perezempju, kienet din ‘mara’ li ppruvat tikkorrompi lil Gautama l-Budda meta kien taht is-sigra Bo.” Hawnhekk ghandna bhal speci ta’ rizonanza f’mohh Teo, speci ta’ Freudian slip. Fil-fatt, dil-kelma lil Teo fakkritu li hekk kif din “mara” lill-Budda ppruvat tikkorrompih, hekk ippruvaw jaghmlu xi whud min-nisa lilu fil-passat, sew fl-istitut u anki gewwa Munich.


L-indifferenza filosofika


F’pagna 442, Teo jghid hekk lill-hbieb: “Munich hija belt mill-isbah u moderna, u l-modernizmu huwa essenzjali ghall-benesseri tas-socjetà. Dan l-avvanz jigi fost l-ohrajn permezz ta’ certu tip ta’ responsabbiltà. Izda din it-tip ta’ responsabbiltà mhijiex applikabbli jew sahansitra gusta ghal certi nies.” Fil-fatt, bniedem li jghix fil-precedent (li jaf min hu) jaf, li “qatt ma sehh xejn gdid taht il-kappa tax-xemx,” allura jaf ukoll li jkun sforz inutli li jidhol ghal certi responsabbiltajiet (wu-wei) jaf li kollox se jibqa’ l-istess, la l-bniedem se jibqa’ l-istess, hekk kif spicca l-awtur ir-rumanz. U fuq dan il-kuntest, f’kapitlu 23 tal-ahhar taqsima (pagna 451), Dun Ludvik haseb hekk: ‘Finalment... kull ragel onest xi darba jew ohra jkollu ta’ bilfors jirrifjuta r-responsabbiltà minn fuq spallejh ghall-gid tal-ohrajn...’ Rigward l-ittra li kien se jibghat lin-neputijiet.


Manfred: il-mera ta’ Hans (ir-rikorrenza eterna)


F’kapitlu 14 tar-raba’ taqsima (pagna 408) jitfacca Manfred. Bhal fil-karattru ta’ Hans, f’Manfred jispikkaw hafna affarijiet sbieh, fosthom l-indiema u l-volontà li jinbidel f’persuna ahjar. Manfred irnexxilu jnaddaf l-ispirtu tieghu ezatt kif ghamel Hans. Manfred jidher mill-gdid lejn tmiem ir-rumanz, u dan mhux b’kumbinazzjoni. Hawn tidhol mill-gdid ir-rikorrenza eterna, fejn flimkien ma’ karattri ohra u cirkustanzi simili li sehhew fil-passat, jerga’ jinghata bidu ghal ciklu shih t’avvenimenti li sehhew fl-imghoddi li izda hadd m’hu se jaghti kashom galadarba hadd ma ghexhom f’dawk iz-zminijiet. Fil-fatt, “hadd ma jaghti kas li l-ossignu li qeghdin niehdu nifs minnu ghadda mill-pulmuni ta’ dawk li kienu jghixu fiz-Zmien il-Bronz.” (Tenna Teo lil Magda u lil Fritz meta kienu Parigi - pagna 387 )


It-testment ta’ Dun Ludvik


Kapitlu 23 tal-ahhar taqsima huwa ddedikat lit-testment ta’ Dun Ludvik: mossa verament intelligenti min-naha tal-awtur, u dan ghal zewg ragunijiet: L-ewwel nett biex permezz tieghu iwassal lill-qarrej kif kienu sehhew l-affarijiet; u t-tieni, biex fl-istess hin, it-tewmin jibqghu fl-oskur fuq x’kien sehh fil-passat (galadarba Ludvik spicca biex haraq l-ittra), biex b’hekk: “ikomplu jghixu skont il-verità taghhom biss...”

Dettall interessanti hu li ghalkemm Rudi ma kienx kredent, kien hu, bhalma kien Karl (li ma kienx kredent fl-imhabba sentimentali) li wettaq l-akbar att ta’ mhabba fir-rumanz. Immaginaw kemm baghta Rudi f’dawk ix-xhur terribbli biex issalvagwarda dak is-sigriet! Bniedem normali li jkun f’dik is-sitwazzjoni estrema jsib ir-refugju u l-farag fil-familjari tieghu normalment. Imma kieku Rudi ghazel din it-triq kien jispicca jizvela kollox b’konsegwenza li l-plott tieghu kien jisfuma fix-xejn; u min jaf kif Nadia u uliedha kienu se jispiccaw fil-futur kieku gara hekk? Att ta’ mhabba kwazi li ‘l hinn mill-kuncett uman. Dan ghandu jfakkarna li l-imhabba, il-vera mhabba Kristjana mhijiex xi prerogattiva tal-Kattolici biss, imma ta’ kulhadd. U bhal Teo, allura anki Rudi kien intrinsikament Kristjan, il-kontra ta’ hafna li jghidu li jipprofetizzaw il-fidi tas-Salib.


L-ahhar kapitlu tal-ahhar taqsima


L-ahhar kapitlu tal-ahhar taqsima huwa tista’ tghid il-mera ta’ kif beda r-rumanz, (u speci ta’ anti-climax ghal kapitlu 24) fejn mill-gdid ir-rikorrenza eterna terga’ tgholli rasha ghall-ahhar darba, imma din id-darba b’mod mill-aktar car, dirett u esplicitu. Kollox qed jerga’ jinghata bidu ta’ “bidu” gdid. Kien ghalhekk li fil-kapitlu ta’ qablu minn fomm Baldur l-awtur jghid hekk: “Bereshit hija l-ewwel frazi biblika li tfisser ‘fil-bidu kien hemm...’ Dan il-bidu jsehh kontinwament (bhalma kien se jsehh mill-gdid fl-ahhar kapitlu tar-rumanz). Izda ftit huma dawk li jittendu bih.” Imma mhux Teo, meta kien jara kollox car quddiem ghajnejh sal-inqas dettall, issa wkoll gewwa l-villagg, b’Angela fost l-ohrajn tigri wara l-qassis zaghzugh: Kien jitbissem, imma kien jaf ukoll, li kollox hemm prezz ghalih...


Otto, Baldur u Teo.


Ir-rumanz jiftah b’mistoqsija li permezz taghha Otto jibda jersaq lejn il-villagg. Fil-fatt, jekk wiehed jinnota sew jirrealizza li dik il-mistoqsija hija komposta minn tmien kelmiet, u isem Otto bit-Taljan ifisser tmienja. X’ried ifisser l-awtur? Din hija alluzjoni tat-tramandazzjoni tal-gherf. Otto: ragel gharef, ma setax ma jingibidx jekk mhux lejn dak li jappartienih; jigifieri lejn dak l-istess “artist” li ddomandalu dik il-mistoqsija. L-awtur qatt ma jghidilna min hu dan “l-artist” (ghad li dan jista’ jkun l-awtur innifsu), u dan wettqu ghal raguni cara: l-“artist” seta’ kien min kien, imma li hu zgur hu li dan kien dak li kellu jghaddi l-Gherf lil ta’ warajh, (Otto f’dan il-kaz), lil dak, li kien predispost jifhem dak li ghandu jifhem, kif hemm imnizzel f’kapitlu 24 tar-raba’ taqsima meta Baldur jghid lil Teo sabiex anki hu (Teo) ghandu jistenna l-mument opportun biex jittramanda dan l-istess Gherf. Barra minn dan, hemm simbolu iehor biex jigi ssottolinjat dan l-istess Gherf cikliku, u dan is-simbolu jismu Hermes Trismegistus li jissemma f’kapitlu 21 tat-tielet taqsima (pagna 308). Hawnhekk, l-awtur ma qalx car jekk dan il-karattru emblematiku kienx jezisti jew le; fil-fatt, Baldur jghid: “ejja nghidu li dan (il-Bniedem) kien jismu Hermes (Trismegistus)...” Mela, ghall-awtur huwa aktar importanti x’jirrapprezenta dan Hermes simbolikament milli jekk kienx storiku jew le. U huwa proprju hawnhekk li jigi rikonciljat kollox f’dan ir-rigward. Fil-fatt, Trismegistus tfisser “gharef ghal tlett darbiet” – Otto, Baldur u Teo! Kien bejn dawn il-personaggi li ssokta jittramanda ruhu l-Gherf. Mela hawnhekk nistghu nghidu li l-istess Trismegistus jirrapprezenta lil dawn it-tlett ghorrief (Otto, Baldur u Teo), imma daqshekk iehor bil-maqlub; prova cara, li fejn tidhol ir-rikorrenza eterna, anki l-Gherf huwa cikliku, imma jghaddi biss minghand dawk li huma verament predisposti ghalih. (“Inti taf, u mhux tghallimt. Huma tghallmu, imma qishom ma jafu xejn.” – Baldur lil Teo f’kapitlu 24 tal-ahhar taqsima). Tant kemm ried jissottolinja dan il-kuncett, li f’kapitlu 25 tal-ahhar taqsima l-awtur jghidilna li f’waqt minnhom, Teo ftakar x’kien qallu x-xih (Baldur) meta ltaqa’ mieghu l-ewwel darba fil-villagg, jigifieri, f’dik l-istess mistoqsija li “l-artist” staqsa lil Otto meta resaq ghall-ewwel darba fil-villagg: “Kemm hawn min jixtieq johrog mid-dinja bl-inqas prezz?” Din il-mistoqsija hadd ma jista’ jifhimha sew jekk mhux dak li jghix fil-precedent. Kristu stess afferma dan: “Hadd ma jista’ jigi ghandi, jekk Missieri li baghatni (It-tramandazzjoni tas-sewwa), ma jigbdux... Ikunu kollha mghallmin minn Alla.” - Gwanni 6:44. (Kristu kien jaf li dak li m’huwiex predispost ghall-Gherf ma jinbidel qatt). Il-bqija, lill-ohrajn jghidilhom: “Li kien Alla missierkom, kontu thobbuni... ghax ma tifhmux tahditi?” – Gwanni 8: 42-43. Fil-fatt, f’kapitlu 24 tal-ahhar taqsima, Baldur jghid hekk lil Teo: “Iharsu kemm iharsu ma jarawx, u jisimghu kemm jisimghu ma jifhmux...”


Otto


L-Gherf ma jaqax taht il-kappa taz-zmien, però jadatta ghar-rekwiziti tal-istess sinjali taz-zminijiet. Fil-fatt, in-narratur ma jsemmix kif “mietu” l-artist, Otto u Baldur. Dan simbolikament ifisser li l-Gherf ma jmut qatt. L-ewwel wiehed li ppersonifika dan il-Gherf huwa Otto, li “ghex” sakemm “il-familjari tieghu” gew ghalih.

Kif ghidna digà, il-kelma “familjari” hija metafora, u m’ghandhiex tinftehem b’mod litterali; tant kemm ghandu jkun minnu dan, li generalment, profeta qatt ma jkun milqugh f’daru. Baldur stess jghidilna dan f’kapitlu 24 tal-ahhar taqsima: “Indifferenti, ghax l-ostilità tigi minn kullimkien. Sahansitra din tibda mill-qraba tieghek stess.” U kif qalilna Baldur: “jekk isir dan, (jekk l-gharef johrog li ‘l hinn mill-“familjari” tieghu) fl-ahhar mill-ahhar dan l-individwu jispicca krucifizzat...” Kif fil-fatt din l-affermazzjoni Otto pprova jghaddiha lil Franz u lil Dun Federik biex fost l-ohrajn jehlishom minn certu hemm. Izda dawn ma semghux minnu... u ahna nafu kif spiccaw.

Fi zmien Otto l-komunikazzjoni teknologika kienet ghadha ma zviluppatx, u r-ritmu tal-hajja kien wiehed aktarx kajman. Ghaldaqstant, dan il-Gherf twassal biss permezz ta’ diskussjonijiet filosofici sporadici li Otto kien ikollu ma’ dawk li staqsew ghalih, ghaliex hekk kien jitlob it-temp taz-zmien. Otto kellu l-fakultà li kien kapaci janticipa certi eventi (“inti tghix fil-precedent”) u dan huwa fatt ippruvat li jippossiedu certi nies. Cirkustanza per eccellenza hi meta Otto jwissi lil Dun Federik biex minn Eva joqghod attent. Madankollu ma qallu xejn aktar minn hekk ghaliex kien jaf li ma kellu qatt jindahal aktar mis-suppost fejn jidhol il-kors tal-hajja; kif mill-gdid jghid Baldur lil Teo f’kapitlu 24 tar-raba’ taqsima: “Biex tkun spettatur trid taghraf tkun passiv mis-sens pozittiv. Irrispettah dan ir-rwol u fuq kollox timmizinterpretahx ma’ kull bidu li l-hin kollu jkun ghaddej. Taf dan, allura taf ukoll li l-progress u r-rigress ma jiddependux minnek, imma mill-fenomenu tal-Istorja.” U dan Otto kien jafu sew, kif fil-fatt rajnih mal-kors tal-ewwel zewg taqsimiet.


Baldur.


F’Baldur timmanifesta l-qawwa mistika u ezoterika tal-Gherf ittramandat sa mill-bidu taz-zminijiet. (Kien ghalhekk li meta kien maqful ma’ Dun Ludvik fil-kamp tal-koncentrament qabadlu fuq is-Sumeri). Enigmatiku huwa l-fatt li kien proprju fl-era Nazista li tfacca Baldur.

Baldur jirrapprezenta l-anti tezi ta’ Hitler: F’dik l-era ta’ “dlam kbir” xorta wahda “d-Dawl tal-Gherf” baqa ghaddej “Dan il-genju ma kienx wahdu bhala stilla tiddi fid-dlamijiet...” (Baldur kien qed jirreferi ghal Gordano Bruno – pagna 310). Baldur kien dak kollu li n-Nazisti kienu qeghdin ifittxu u joholmu bih: il-bniedem mimli b’konoxxenza ancestrali. Fuq ordni ta’ Hitler innifsu, l-S.S. tieghu daru d-dinja kollha biex forsi jsibu lil dal-bniedem super-uman; sahansitra marru go villaggi mitlufa fil-Himalayas u fil-gungli Sud-Amerikani biex ifittxu l-origini jew it-tracci ta’ dan ‘l hekk imsejjah Übermensch, ghad li minghajr success. Ghax kif hemm imnizzel fir-rumanz, mill-gdid minn fomm Baldur lil Teo f’kapitlu 24 tar-raba’ taqsima: “Sigriet m’ghandek qatt tahbih ‘il boghod min-nies, imma perrcu f’nofshom. Hemmhekk, hadd m’hu se jintebah bih.” U dak li ghamel Baldur, billi “inheba” fl-iktar post inimmaginabbli li l-ufficjali ta’ Hitler u l-S.S. tieghu setghu qatt jobsru li se jsibuh!

Il-kamp tal-koncentrament simbolikament jirrapprezenta wkoll il-hajja kwotidjana tal-umanità, u dawk il-ftit ixxurtjati li jkollhom ix-xorti jaqsmu “dawk iz-zewgt ikmamar” ma’ Baldur huma dawk li jhobbu l-Gherf; fil-waqt li ghan-nies l-ohra (il-prigunieri tal-kamp) tezisti metaforikament biss “il-mewt” tal-injoranza gejja mis-suppervja. Huwa ghalhekk li mill-gdid Baldur jghidilna li: “Bniedem skjav fil-qalb jagixxi u jitkellem b’lingwagg imsaddad ekwivalenti daqskemm lahaq rabat ktajjen mieghu matul iz-zmien.” Il-konoxxenza ancestrali tieghu dehret fid-djalogi li kien jaqbad mal-qassis. Madankollu, ghalkemm kliemu kien mimli gherf, f’dawk ic-cirkustanzi serva biss biex jaljena lill-qassis mill-orrur tal-kamp. Fi kliem iehor, hafna drabi, l-Gherf iservi biss bhala mezz ta’ tratteniment sakemm eventwalment tigi xi haga aktar “attraenti” minn dak li jkun qed jigi propost. Din hija l-ahjar possibiltà possibbli li jsemmi l-awtur. Fil-fatt, f’pagna 456 Baldur perezempju jwissi lil Teo li: “Il-bniedem ma jinteressah minn xejn sakemm fl-indifferenza tieghu ma jonqsu xejn. Huwa meta l-affarijiet imurulu hazin li kliemek jigi trasformat f’balzmu ghalih; F’dan il-punt biss tista’ thaddem id-doni tieghek ma’ dawn in-nies. Il-bqija, kulhadd se jirrigettak.” Impressjonanti kif Dun Ludvik qatt ma deher japprezza u jifhem id-djalogi li Baldur kien jipproponilu minhabba l-kredu tieghu. Fil-fatt, f’attimu partikulari, Ludvik qallu sahansitra li seta’ qassar xi ftit l-argument fuq dak li kien qed jghidlu. (F’dak il-mument Baldur kien qed jispjegalu fuq il-Kristu Kozmiku mill-aspett tal-Kabbalà). Hawnhekk naraw li mohh Ludvik kien iffrizat fuq il-paradigma Gudeo-Kristjana tieghu, irrilevanti jekk din tirriflettix il-verità jew le. Konferma ta’ dan hu l-fatt li l-qassis qatt ma gietu xi forma ta’ kurzità minn fejn Baldur seta’ sar “jaf” dak l-gherf kollu. Li kieku Dun Ludvik kien ta’ spirtu liberu zgur li kien jaghti piz lil dak li kien sema’. Anzi, hawnhekk il-qassis spicca biex kwazi akkuzah li kien insensittiv ghal dak li kien ghaddej fil-kamp, minghajr ma kien qieghed jirrealizza li dik “l-insensittività” lejn l-ohrajn (li f’dak il-mument kienet is-Sagru Graal ghalih) kienet qieghda appuntu sservi biex issalvah! L-ironija ta’ dan kollu hi, li ta’ bnedmin li ahna, qatt ma jirnexxilna ngharrfu kliem il-profeti, jekk mhux fl-ahhar ta’ hajjitna jew aghar minn hekk, wara hafna snin mill-mewt tal-istess profeta, kif fil-fatt ammetta fl-ahhar ta’ hajtu Dun Ludvik fuq Baldur f’kapitlu 23 tar-raba’ taqsima meta kien qed jahseb fuq l-ittra li kiteb lin-neputijiet: ‘Issa qed nifhem x’ried jghid Baldur... ragel kbir int habib...’

Nofs kapitlu 20 tat-tielet taqsima u t-tnejn l-ohra ta’ warajh huma ddedikati u jittrattaw bazikament fuq l-ezoterizmu u dak kollu li jdur mieghu. Hawnhekk Baldur jinsab fil-kamp tal-koncentrament flimkien ma’ Dun Ludvik. Kif ghidna, dawn il-kapitli jservuna biex jifthulna tieqa fuq id-dinja ezoterika, dik tal-Kabbalà u fuq interpretazzjonijiet biblici li m’ahniex imderrija nisimghu ta’ spiss. Madankollu, l-awtur kellu hag’ ohra f’mohhu. Peress li dawn it-temi huma affaxxinanti u ta’ interess kbir, l-awtur kien jaf li l-qarrej se “jintilef” fihom b’rizultat li se jigi aljenat minn dak kollu li kien qed isehh minn wara l-kwinti, cjoè minn dak li kien qed jorkestra Karl biex jehles lil huh. Ahna konna nafu li Karl kien medd ghonqu ghax-xoghol biex jehles lil Ludvik; dan iltqajna mieghu f’pagna 301, imma permezz ta’ din it-tattika tal-aljenazzjoni ma bqajniex niftakruh dan id-dettall. Din kienet mossa verament intelligenti min-naha tal-awtur biex jaljena lill-qarrej. Tant kemm hu minnu dan, li hekk kif tfacca Karl fix-xena jhallilek sens ta’ sorpriza ghax inti subkonxjament tkun digà “nehhejtu” minn mohhok.

Barra minn dan, f’dawn il-kapitli hemm xi sentenzi li huma maqtugha hesrem, u dan l-awtur wettaqhom ghal zewg ragunijiet: L-ewwel wahda biex ma jtawwalx izzejjed; u t-tieni, biex ma joqghodx jidhol f’hafna dettalji li bihom forsi jista’ jhalli ‘l dak li jkun perpless. Irridu nzommu quddiem ghajnejna li mhux kulhadd ghandu bazi soda ta’ fidi u religjon, u ghalhekk l-awtur hass li f’dawk ic-cirkustanzi kellu jillimita ruhu biss ghal-logika tal-plott.

kapitlu 24 tal-ahhar taqsima jista’ jitqies mhux biss bhala t-testment ta’ Baldur li ried jghaddi lil Teo bil-fomm, imma r-rendikont filosofiku kollu ta’ x’kien sehh fir-rumanz (u allura fuq il-hajja nnifisha). Fih hemm dak kollu li sehh u, ferm aktar minn hekk. U ghaldaqstant ma nistax naghti spjegazzjoni dettaljata fuqu ghaliex huwa wisq vast u kumpless. Nahseb li dan il-kapitlu l-qarrej jista’ jifhmu biss permezz tal-esperjenza, kif fil-fatt hemm miktub fil-Prefazju: “Ragunat, galadarba l-esperjenzi tal-bnedmin huma indifferenti minn ta’ xulxin...” U ghax appuntu l-esperjenzi tal-bnedmin huma indifferenti minn ta’ xulxin, hekk ghandu jigi mifhum kapitlu 24: dejjem skont l-esperjenza ta’ dak li jkun. Huwa kapitlu li jista’ jigi mifhum skont kemm il-qarrej jista’ jikkomprendi versu l-esperjenza tieghu biss, u ma jistax imur aktar minn hekk, jekk mhux permezz taz-zmien, ghax kif qal tajjeb Baldur lil Teo: “kollox hu ghad-dispozizzjoni tal-ohrajn meta l-hin ikun opportun,” ghax, “il-bniedem ma jinteressah minn xejn sakemm fl-indifferenza tieghu ma jonqsu xejn. Huwa meta l-affarijiet imurulu hazin li kliemek (sew ghal Teo, u f’dan il-kaz ghal kapitlu 24 ukoll) jigi trasformat f’balzmu ghalih. F’dan il-punt biss tista’ thaddem id-doni tieghek ma’ dawn in-nies. Il-bqija, kulhadd se jirrigettak...” ghax “l-umanità titghallem biss b’dak li hu predisposta ghalih...” Li nista nghid hu, li kieku kelli naqbad nikteb fuq dan il-kapitlu nispicca nikteb ferm aktar minn dak kollu li ktibt fuq ir-rumanz! Ghalhekk, inhalli f’idejn il-qarrej biex jiflih sew, forsi wkoll b’daqqa t’id mill-esperjenza li se jikseb fil-futur.


Teo


Teo jirrapprezenta l-Gherf kozmopolitan, kif ukoll il-werriet tal-Gherf ezoteriku ta’ Baldur. (... hasshom aktar vicin tieghu (it-tempji megalitici) mill-katedrali kollha li ra f’dawk l-ahhar tliet gimghat - pagna 439). Metafora, li t-tempji megalitici lil Teo fakkruh f’Baldur: ragel li kien mimli bl-gherf ancestrali tal-passat. Teo minn dejjem kien jaf lilu nnifsu, anki meta kien zghir. U minhabba dan kellu jbati hafna mill-kollettiv (“ghax il-massa ma tafx min hi”). Madankollu, anki minhabba t-tjubija u l-umiltà tieghu, donnu dejjem iggustifikah lill-kollettiv. Maz-zmien kellu aktar ‘esperjenzi’ rozzi mal-kollettiv, avolja kien rett ma’ kulhadd. Imma donnha r-rettitudni tieghu kienet aktar tirvellahom. Sakemm fl-ahhar wasal f’punt li ma setax jibqa’ f’salib it-toroq u ghaldaqstant “iddecieda” li jirriafferma lilu nnifsu fejn eventwalment beda: jkun invizibbli f’ghajnejn kulhadd. Il-pjan irnexxa, tant, li Teo kompla jikkonferma aktar min hu, versu l-ohrajn li mhumiex (Pagna 359). Mhux ta’ b’xejn li f’band’ ohra fir-rumanz l-artist habib ta’ Otto jghidlu li minnu ma ried xejn, imma biss li jzommu fl-anonimità... hawnhekk naraw ir-rikorrenza eterna terga’ tidhol fis-sehh.

Interessanti l-fatt li f’kapitlu 10 tar-raba’ taqsima, meta l-hbieb zaru ghat-tieni darba l-belt splendida ta’ Parigi, hemm miktub hekk: Teo issokta jifhem li n-natura kumplessa tieghu ma kinitx tippermettilu taghlqu f’dinja ristretta mimlija b’ideali mahluqa mill-kollettiv. Dan kollu hasbu u kkontemplah matul il-btala kemm dam f’dik il-belt. Izda kellha tkun l-ahhar gurnata li ghadda f’Parigi li habtet fl-ewwel ta’ Settembru tal-1970 li kkonferma dan bl-akbar lucidità. F’dak il-jum, Teo hassu bhallikieku rega’ twieled fi bniedem gdid. Ghandkom tkunu tafu, li dik id-data hija l-istess wahda li twieled fiha l-awtur, fejn l-awtur qisu qed jaghti x’jifhem li minn dak il-hin ‘il quddiem, Teo ma kien se jkun hadd hlief l-awtur! Dan jigi ssottolinjat ukoll f’pagna 440: Dettall iehor li laqtu (meta Teo kien fuq iz-zuntier ta’ villagg Malti) kien guvnott gustuz ta’ xi sbatax. (il-guvnott mhu hadd hlief l-awtur innifsu li f’dak iz-zmien kellu sbatax). Teo fakkru fih innifsu meta kien ghadu zghir. Fi ftit hin irnexxielu jaqra l-ispirtu tal-guvnott. Kellhom hafna minn xulxin...

U dawn is-simboli l-awtur wettaqhom ghal hafna ragunijiet, imma wahda minnhom tinsab fl-ahhar kapitlu tal-ahhar taqsima fejn hawnhekk insibu ‘l Teo deciz li jikteb ktieb: Kien determinat li jibdieh, avolja kien jaf li jekk jippubblikah se jigi mizinterpretat skont il-bzonn u l-indifferenza ta’ dak li jkun... (pagna 461) Hekk kif l-intelligenza prekoci ta’ Teo kienet tigi mizinterpretata mis-sorijiet kif ukoll anki meta kiber, hekk kien se jigrilu jekk jippubblika l-ktieb. Bla dubju, permezz ta’ Teo, hawnhekk l-awtur qieghed jalludi ghalih u ghar-rumanz tieghu stess!


Ir-raba’ strati tar-rumanz.


Il-ktieb essenzjalment fih erba’ strati:

  1. L-istorja nnifisha tar-rumanz.
  2. Id-djalettika filosofika li ried iwassal l-awtur.
  3. L-aspett simboliku tar-rumanz, dak li ahna tkellimna fuqu.
  4. U r-raba’ strat: strat, li huwa s-somma totali tal-ahhar tlieta, li ma tistax tifhmu letteralment jekk mhux b’certi “kalkoli”. Fil-fatt, fuq dan ir-rigward, biex jiccajta u bi tbissima hafifa, l-awtur kien qalli li biex wiehed jifhmu sew irid ikollu natura ta’ xi Parsifal, jew inkella jrid jiehu ma’ idejh id-deheb tal-emblema, (tant kemm –il darba jkollu jaqrah). Meta staqsejtu min jista’ jilhaq dan il-ghan, wegibni biss: “... dak li jaf ifittex fil-fond...” Mhux ta’ b’xejn li r-rumanz semmih alte vestiga: fittex fil-fond!